European Commission logo
Oħloq kont
Tista’ tagħżel diversi kliem b’virgola diviżorja

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa

Blog

Evalwazzjoni tal-QEK u tal-Europass: riżultati ppubblikati

Il-Kummissjoni Ewropea għadha kif ħarġet ir-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ żewġ inizjattivi prinċipali tal-UE.

Profile picture for user tom.borg.
Tom Borg

Evalwazzjoni tal-QEK u tal-Europass: riżultati ppubblikati

Moderatur tal-EPALE

europass

Il-Kummissjoni Ewropea għadha kif ħarġet ir-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ żewġ inizjattivi prinċipali tal-UE, li jagħtu kontribut importanti lejn il-mobbiltà tal-istudenti u tal-ħaddiema u li jagħtu sapport għall-viżibbiltà u t-trasparenza tal-ħiliet u l-kwalifiki fl-Ewropa:

L-evalwazzjonijiet iħarsu lejn il-kisbiet tal-inizjattivi u t-titjib possibbli fil-futur, filwaqt li jikkontribwixxu għal dibattitu usa’ dwar il-ħiliet fil-kuntest tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet. 

Stampa tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki

  • Il-QEK ġie implimentat fil-biċċa l-kbira u kkontribwixxa lejn iż-żieda tat-trasparenza tal-kwalifiki, speċjalment mid-dominju formali. Ġie nnutat progress, għalkemm aktar limitat, f’rabta ma’ kwalifiki barra d-dominju formali. 

  • Il-QEK jikkontribwixxi għal dibattiti nazzjonali fuq l-immodernizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ b’enfasi fuq l-Oqfsa Nazzjonali tal-Kwalifiki (QNK) u huwa meqjus bħala punt ta’ riferiment internazzjonali u sors ta’ ispirazzjoni għall-iżvilupp ta’ oqfsa ta’ kwalifiki reġjonali u nazzjonali f’pajjiżi terzi. 

  • Il-QEK iservi bħala sinsla għal-politiki u l-istrumenti nazzjonali u tal-EU għat-trasparenza tal-ħiliet u l-kwalifiki. 

B’ħarsa ’il quddiem, ikun neċessarju li jinżammu l-istrutturi u l-proċessi eżistenti tal-QEK, u ssir aktar enfasi fuq sapport għall-integrazzjoni ta’ kwalifiki fl-QNKs barra mid-dominju formali, biex jinżammu u jissaħħu s-sinerġiji ma’ għodod u strumenti oħra ta’ trasparenza, u li l-QEK jitqarreb aktar lejn il-ħaddiema, min iħaddem u l-istudenti. 

Kun af aktar billi tikkonsulta d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoniis-Sommarju Eżekuttiv tiegħu, l-istudju ta’ appoġġ estern.

Stampa tal-Europass

  • Il-Europass huwa meqjus bħala punt uniku ta’ servizz siewi li jiġbor flimkien ħiliet, kwalifiki u għodod ta’ mobbilità tas-suq tax-xogħol. Huwa popolari l-iktar fost utenti żgħażagħ fl-istadji bikrin tal-karriera tagħhom.

  • Il-potenzjal tal-Europass jista’ jiżdied aktar billi jipprovdi aktar informazzjoni fuq kwalifiki u opportunitajiet ta’ tagħlim kif ukoll informazzjoni fl-oqsma ta’ gwida professjonali, opportunitajiet ta’ validazzjoni u rikonoxximent tal-kwalifiki b’konessjonijiet aktar b’saħħithom ma’ servizzi nazzjonali.

  • Il-Europass wera li huwa effettiv fil-faċilitazzjoni ta’ mobbiltà tax-xogħol u l-istudju fl-UE, bħala soluzzjoni biex jintroduċi għarfien, ħiliet u kompetenzi f’format standardizzat. Dan għaliex il-Europass joffri għodod, servizzi, u informazzjoni speċjalment relevanti għal dawk li qiegħdin ifittxu opportunitajiet ta’ xogħol jew ta’ tagħlim bejn il-fruntieri. 

  • Konnessjonijiet iżjed b’saħħithom bejn il-Eurpass u l-EURES, in-network ta’ kooperazzjoni Ewropea tas-Servizzi tax-Xogħol, jistgħu jsaħħu l-impatt fuq iż-żewġ pjattaformi. Barra minn hekk, sinerġiji ma’ pjattaformi oħra tal-UE huma meqjusa bħala vantaġġ.

  • Il-Kredenzjali Diġitali Ewropej għall-Apprendiment huma meqjusa bħala rilevanti ħafna biex jiżguraw interoperabilità u jappoġġjaw lis-Stati Membri fit-trasformazzjoni diġitali tal-kredenzjali tagħhom.

  • Żviluppi oħra fl-analiżi tad-data u tal-IA jistgħu jappoġġjaw il-provvista ta’ servizzi aktar speċjalizzati għall-utenti tal-Europass u jisfruttaw il-potenzjal tal-pjattaforma li tindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet u xogħol.

Kun af aktar billi tikkonsulta r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, id-dokument ta’ ħidma tal-persunal mehmuż u l-istudju ta’ appoġġ estern.

Login (0)