Skambja ideat u oħloq opportunitajiet ta’ networking ma’ individwi jew organizzazzjonijiet permezz tat-Tfittxija għas-Sħab tal-EPALE.
Involvi ruħek! Aqsam l-ideat u l-kurrikuli tiegħek, jew stabbilixxi sħubijiet ta’ proġetti.
Żid talba għal sħab
It-Tfittxija għas-Sħab tal-EPALE tgħin biex tinxtered il-kelma – kemm jekk tixtieq taqsam eżempju ta’ prattika tajba mas-sħab, tibda proġett, jew jekk sempliċement għandek idea eċċellenti biex tikkondividi!
Oħloq talba għal sieħeb biex tibni network mal-komunità tat-tagħlim għall-adulti tal-Ewropa billi tistieden lill-persuni biex jikkuntattjawk u jkunu involuti.
Parir mill-aqwa: Kun speċifiku kemm jista’ jkun. Dan jgħin biex tibni l-fiduċja. Spjega l-ħtiġijiet tiegħek, x’tip ta’ kollaborazzjoni tixtieq tkun involut fiha u x’tistenna mis-sieħeb potenzjali tiegħek.
Fittex għal sħab
Uża t-Tfittxija għas-Sħab tal-EPALE biex issib organizzazzjonijiet u individwi li huma interessati li jikkollaboraw miegħek. Fittex skont il-pajjiż, l-attività jew it-tip ta’ organizzazzjoni biex issib is-sieħeb ideali tiegħek.
Parir mill-aqwa: Irfina aħjar it-tfittxija tiegħek billi tuża t-tfittxija avvanzata biex tfittex suġġetti ewlenin ta’ interess.
Ċaħda ta’ Responsabbiltà: L-EPALE ma tapprovax l-organizzazzjonijiet elenkati fit-Tfittxija għas-Sħab, kwalunkwe fehma li jesprimu jew kwalunkwe servizz li joffru. Il-links kollha huma pprovduti bħala informazzjoni u ma nistgħux nieħdu responsabbiltà għall-kontenut ta’ siti web esterni.
Jekk tiddeċiedi li tissieħeb ma’ xi waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet, il-kuntratt ikun direttament bejnek u bejn l-organizzazzjoni rilevanti, u l-EPALE ma jkollha l-ebda involviment kuntrattwali.
Jekk għandek tħassib dwar kwalunkwe kontenut fuq l-EPALE, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq [email protected].