Aqbeż għall-kontentut

Mary Louise Booth

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mary Louise Booth
Ħajja
Twelid Yaphank (en) Translate, 19 April 1831, 1831
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Mewt Belt ta' New York, 5 Marzu 1889
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ġurnalist
lingwista
storiku
traduttur
kittieb
Sħubija Society for Classical Studies (en) Translate

Mary Louise Booth (19 ta’ April, 1831 – 5 ta’ Marzu, 1889) kienet editriċi, traduttriċi, u kittieba Amerikana. Hija kienet l-ewwel kap editur tar-rivista tal-moda tan-nisa, Harper's Bazaar.

Ta’ tmintax-il sena, Booth telqet mid-dar ta’ familtha għal New York fejn tgħallmet is-sengħa tal-ħjata tas-sdieri. Hija qattgħet l-iljieli tagħha tistudja u tikteb. Booth tat il-kontribut tagħha u ppubblikat ħrejjef u disinji fuq diversi gazzetti, iżda ma ġietx imħallsa tagħhom. Hija bdiet tikteb rapporti u analiżi ta’ kotba għall-ġurnali edukattivi u letterarji. Minkejja li xorta ma kinitx imħallsa bil-flus, hija kienet tkun kuntenta li titħallas bil-kotba.

Maż-żmien, Booth bdiet tirċievi aktar u aktar xogħol letterarju. Hija wessgħet iċ-ċirku tal-ħbieb tagħha li bdew japprezzaw il-kapaċitajiet tagħha. Fl-1859, hija aċċettat li tikteb dwar l-istorja ta’ New York. F’dan iż-żmien, waqfet tħit is-sdieri u kienet qiegħda tikteb tnax–il siegħa kuljum u ma kinitx kapaċi tmantni lilha nfisha kompletament. Meta għalqet it-tletin sena, laqgħet il-pożizzjoni ta’ amanuensis ta’ Dr. J. Marion Sims. Dan kien l-ewwel xogħol li minnu bdiet tirċievi paga stabbli. Issa setgħet tkampa mingħajr l-għajnuna ta’ missierha, u tgħix fuq ir-riżorsi li kellha f’New York, għalkemm kien għajxien pjuttost sempliċi.[1]

Fl-1861, fil-bidu tal-Gwerra Ċivili, Booth akkwistat il-perjodiċi legali bil-Franċiż, bl-isem ta’ Uprising of a Great People ta’ Agénor de Gasparin. B’ħidma ta’ għoxrin siegħa kuljum, hi ttraduċiet il-ktieb kollu f’inqas minn ġimgħa, u ġie ppubblikat fi żmien ġimagħtejn. Hekk kif il-ktieb qajjem entużjażmu fost l-Unjonisti, Booth irċeviet ittri ta’ ringrazzjament mingħand is-Senatur Amerikan Charles Sumner u l-President Abraham Lincoln. Iżda għal darb’oħra, irċeviet ftit kumpens għal xogħolha. Waqt li l-gwerra kompliet, Booth ittraduċiet bosta kotba mill-Franċiż għall-Ingliż, bl-iskop li jqajmu sens ta’ patrijottiżmu, u f’mument minnhom ġiet imsejħa biex tmur Washington, D.C. sabiex taħdem għall-istatisti, fejn ġiet imħallsa biss għall-kamra tal-lukanda. F’dan iż-żmien setgħet tirranġa xogħol għal missierha, sabiex ikollu l-pożizzjoni ta’ skrivan fi New York Custom House.[2]

Fi tmiem il-Gwerra Ċivili, Booth ġiet rikonoxxuta meta ngħatat it-titlu Messrs. Harper offrielha l-editorjal ta’ Harper’s Bazaar, pożizzjoni li Booth serviet fiha mill-1867 sa ma mietet. Għall-bidu ma ħassithiex kunfidenti, iżda fl-aħħar laqgħet ir-responsabbiltà, u kien primarjament minħabba fiha li din ir-rivista kisbet popolarità kbira. Filwaqt li nżammu l-karatteristiċi tar-rivista, l-influwenza u d-distribuzzjoni tagħha żdiedu kontinwament, u s-suċċess ta’ Booth ġie miksub bis-saħħa tal-artiklu li editjat. Huwa meqjus li min-nisa Amerikani kollha ta’ dak iż-żmien, Booth irċeviet l-ogħla paga. Hija mietet fil-5 ta’ Marzu 1889 wara li ħakmitha marda.[2]

  1. ^ Sharpless & Dewees 1890, p. 342.
  2. ^ a b Sharpless & Dewees 1890, p. 343.