Aqbeż għall-kontentut

Akshata Murthy

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Akshata Murthy
negozjant


kap eżekuttiv

Ħajja
Twelid Hubli, April 1980 (44 sena)
Nazzjonalità Indja
Familja
Missier N. R. Narayana Murthy
Omm Sudha Murthy
Konjuga/i Rishi Sunak  (30 Awwissu 2009 -
Aħwa
uri
Familja
Edukazzjoni
Alma mater Baldwin Girls High School (en) Translate 1998)
Fashion Institute of Design & Merchandising (en) Translate
Claremont McKenna College (en) Translate
(1998 - 2002) : ekonomija, Franċiż
Università ta' Stanford
(2004 - 2006) Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju
Livell tal-edukazzjoni Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju
Lingwi Franċiż
Ingliż
Ħindi
Kanariż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni disinjatur tal-moda
maniġers
Impjegaturi Infosys (en) Translate
Jamie Oliver (mul) Translate
Wendy's (en) Translate

Akshata Narayan Murthy (twieldet f'April 1980)[1][2], spellut ukoll Murty, hija werrieta, negozjanta, disinjatriċi tal-moda u kapitalista tal-fondi ta' riskju Indjana bbażata fir-Renju Unit. Hija miżżewġa lill-Prim Ministru Brittaniku u l-mexxej tal-Partit tal-Konservattivi Rishi Sunak. Murty u Sunak flimkien jikklassifikaw fil-222 post fost l-iżjed persuni sinjuri fir-Renju Unit, b'ġid ikkombinat ta' £730 miljun fl-2022.[3] Il-ġid personali tagħha nxteħet taħt il-lenti mill-mezzi tax-xandir Brittaniċi fid-dawl tal-istatus tagħha ta' persuna mhux domiċiljata fir-Renju Unit.[4]

Murty hija bint N. R. Narayana Murthy, wieħed mill-fundaturi tal-kumpanija tat-teknoloġija informatika multinazzjonali Indjana Infosys, u Sudha Murty. Għandha sehem ta' 0.93 % f'Infosys, u b'hekk hija waħda mill-iżjed nisa sinjuri fir-Renju Unit. Barra minn hekk, għandha ishma wkoll f'diversi negozji oħra fir-Renju Unit.[5][6][7] Hija direttur ta' Digme Fitness, u tal-kumpanija tat-trasformazzjoni diġitali Soroco li ħuha Rohan Murty kostabbilixxa.[8]

Ħajja bikrija u edukazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Murty twieldet f'Hubli, l-Indja u trabbiet min-nanniet tan-naħa ta' missierha, peress li missierha N. R. Narayana Murthy u ommha Sudha Murty kienu impenjati jaħdmu biex ivaraw il-kumpanija tat-teknoloġija tagħhom, Infosys.[9] Ommha kienet l-ewwel inġinier mara li ħadmet għall-ikbar produttur tal-karozzi tal-Indja dak iż-żmien, u issa hija filantropa.[10]

Imqabbla magħha, Murty kellha trobbija pjuttost sempliċi u ta' klassi medja f'Jayanagar, subborg ta' Bengaluru, "mingħajr festini għal għeluq sninha jew wisq flus f'idejha" sabiex titgħallem il-valuri tal-familja.[11]

Murty attendiet l-Iskola tal-Edukazzjoni Għolja tal-Bniet ta' Baldwin, f'Bengaluru, u iktar 'il quddiem studjat l-ekonomija u l-Franċiż fil-Kulleġġ ta' Claremont McKenna f'California, l-Istati Uniti; għandha diploma fil-manifattura tal-ħwejjeġ mill-Istitut tad-Disinn u tal-Kummerċjalizzazzjoni tal-Moda, u Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju mill-Università ta' Stanford.[2]

Għandha ħuha wieħed, Rohan Murty.[12]

Karriera u investimenti

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2007, Murty issieħbet mad-ditta teknoloġika Olandiża Tendris bħala d-direttur tal-kummerċjalizzazzjoni, fejn ħadmet għal sentejn, qabel ma telqet biex tibda d-ditta tal-moda tagħha stess. Id-ditta tal-moda tagħha għalqet fl-2012. Fl-2013 saret id-direttur tal-fond ta' kapital ta' riskju Catamaran Ventures. Flimkien mar-raġel tagħha Rishi Sunak, hija l-kofundatur tal-fergħa ta' Londra tad-ditta Indjana ta' missierha, N. R. Narayana Murthy.[13] Sunak ittrasferixxa l-ishma tiegħu lilha ftit qabel ġie elett bħala Membru Parlamentari tal-Konservattivi għal Richmond fl-2015.[14] Mill-2015, kellha sehem ta' bejn 0.91 % u 0.93 % tad-ditta tat-teknoloġija ta' missierha Infosys, stmata b'valur ta' madwar £700 miljun f'April 2022, u għandha ishma fi tnejn minn negozji tar-ristoranti ta' Jamie Oliver, f'Wendy's fl-Indja, f'Koro Kids u f'Digme Fitness. She is a director of Digme Fitness u l-fergħa sussidjarja tar-Renju Unit ta' Soroco, negozju tat-teknoloġija informatika li stabbiliet flimkien ma' ħuha, Rohan Murty.[8]

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Murty hija ċittadina Indjana. F'Awwissu 2009 Murty iżżewġet lil Rishi Sunak, wara li kienet iltaqgħet miegħu fl-Università ta' Stanford.[15] Għandhom żewġt itfal bniet, Anoushka u Krishna. Huma s-sidien ta' Kirby Sigston Manor, villa fil-villaġġ ta' Kirby Sigston, fit-Tramuntana ta' Yorkshire, kif ukoll dar f'Earl's Court fiċ-ċentru ta' Londra, appartament f'Old Brompton Road, fin-Nofsinhar ta' Kensington, u penthouse f'Ocean Avenue f'Santa Monica, California.[16][17][18][19][20] F'April 2022, ġie rrappurtat li Sunak u Murty kienu marru jgħixu f'dar ġdida fjamanta fil-Punent ta' Londra.[21][22]

F'April 2022 ġie rrappurtat ukoll li hi resident mhux domiċiljat fir-Renju Unit, u b'hekk hija intitolata li ma tħallas l-ebda taxxa fuq l-introjtu tagħha 'l barra mir-Renju Unit, u soġġetta għal pagament annwali ta' £30,000. Murty ħabbret li kienet se żżomm l-istatus ta' mhux domiċiljata iżda li kienet se tħallas it-taxxi fir-Renju Unit fuq l-introjtu dinji tagħha b'mod volontarju.[23][24]

  1. ^ "Akshata Narayan MURTY personal appointments - Find and update company information - GOV.UK". find-and-update.company-information.service.gov.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-27.
  2. ^ a b Bedi, Rahul; Bird, Steve (2020-02-15). "Why Rishi Sunak's wife may hold the clue to his budget" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-27.
  3. ^ "The Sunday Times Rich List 2022". www.thetimes.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-27.
  4. ^ "Chancellor Rishi Sunak defends wife Akshata Murty in row over non-dom status" (bl-Ingliż). 2022-04-08. Miġbur 2022-10-27.
  5. ^ "Akshata Murty: Rishi Sunak's wife and richer than the Queen". the Guardian (bl-Ingliż). 2022-04-07. Miġbur 2022-10-27.
  6. ^ "Rishi Sunak told to explain wife's alleged business links to Russia". The National (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-27.
  7. ^ "RIshi Sunak's father-in-law's company Infosys is still active in Russia". CityAM (bl-Ingliż). 2022-05-05. Miġbur 2022-10-27.
  8. ^ a b "The wealth of Akshata Murty, Indian heiress and wife of Rishi Sunak". the Guardian (bl-Ingliż). 2022-04-07. Miġbur 2022-10-27.
  9. ^ "Rishi Sunak faces questions over wife Akshata Murty's non-dom tax status" (bl-Ingliż). 2022-04-06. Miġbur 2022-10-27.
  10. ^ Blackall, Molly (2022-04-07). "The super-rich businesswoman and wife of Rishi Sunak under fire for using non-domicile status". inews.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-27.
  11. ^ Oct 25, Shilpa Phadnis / TNN / Updated:; 2022; Ist, 19:55. "From Bengaluru's first family to UK's first lady: The hidden Murty | Bengaluru News - Times of India". The Times of India (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-27.Manutenzjoni CS1: punteġġjatura żejda (link) Manutenzjoni CS1: ismijiet bħala numri: authors list (link)
  12. ^ "The 'IT' Crowd At Rohan Murty's Wedding; Infy Squad Turns Up In Suits, Kurtas - A Lot Like Love". The Economic Times. Miġbur 2022-10-27.
  13. ^ Hurley, James. "Rishi Sunak's wife Akshata Murty lends £4.3m to start-up Catamaran Ventures" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-27.
  14. ^ "Who is Rishi Sunak's wife Akshata Murty - and why are her family so wealthy?". Sky News (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-27.
  15. ^ "Sunaks' £5m Santa Monica flat offers sun, sea … and a pet spa". the Guardian (bl-Ingliż). 2022-04-03. Miġbur 2022-10-27.
  16. ^ Tognini, Giacomo. "Inside The Fortune Of Britain's New Prime Minister Rishi Sunak And His Wife, Akshata Murthy". Forbes (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-27.
  17. ^ "Chancellor Rishi Sunak has new pool, gym and tennis court approved" (bl-Ingliż). 2021-08-26. Miġbur 2022-10-27.
  18. ^ Gadher, Dipesh. "New chancellor Rishi Sunak adds Downing Street address to his bulging property portfolio" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-27.
  19. ^ "Meet the chancellor: the real Rishi Sunak, by the people who know him best | Magazine | The Times". web.archive.org. 2020-09-11. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-09-11. Miġbur 2022-10-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  20. ^ "Sunaks' £5m Santa Monica flat offers sun, sea … and a pet spa". the Guardian (bl-Ingliż). 2022-04-03. Miġbur 2022-10-27.
  21. ^ IANS (2022-04-10). "Rishi Sunak moves belongings out of Downing Street, says report". www.business-standard.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-27.
  22. ^ "Chancellor Rishi Sunak and family 'to spend less time at Downing Street'". ITV News (bl-Ingliż). 2022-04-09. Miġbur 2022-10-27.
  23. ^ Gye, Hugo (2022-04-08). "Rishi Sunak's wife Akshata Murty gives up non-dom status and vows to pay UK tax on all income". inews.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-27.
  24. ^ "Rishi Sunak's wife says she will pay UK tax on all her earnings". 2022-04-08. Miġbur 2022-10-27.