Aqbeż għall-kontentut

Kunvent ta' Spiš

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Kunvent ta' Spiš

Il-Kunvent ta' Spiš (bl-Islovakk: Spišská Kapitula; bl-Ungeriż: Szepeshely jew Szepesi Káptalan) huwa kunvent-ċittadella ppreservat b'mod tajjeb ħafna fil-periferiji ta' Spišské Podhradie, is-Slovakkja, faċċata tal-Kastell ta' Spiš.[1] Huwa parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bit-titlu "Levoča, il-Kastell ta' Spiš u l-monumenti kulturali assoċjati".[2]

Il-kunvent-ċittadella jikkonsisti wkoll mill-Katidral ta' San Martin, iddedikat lil San Martin ta' Tours. Il-katidral kien eks monasteru ta' kostruzzjoni Medjevali u jinkludi triq waħda mdawra b'ħajt difensiv. Id-daħla ta' taħt tagħti veduta estensiva tal-Kastell ta' Spiš Castle, li jinsab faċċata fuq għolja. Il-Kunvent ta' Spiš sar is-sede prinċipali tal-amministrazzjoni tal-knisja fir-reġjun fis-seklu 12. Fl-1776 sar is-sede tad-Djoċesi ta' Spiš (Szepes).[3]

Il-katidral fi ħdan il-kunvent inbena bejn is-sekli 13 u 15 bi stili Rumaneski u Gotiċi. Huwa wieħed mill-ikbar monumenti Rumaneski fis-Slovakkja u huwa fost l-iktar interessanti. Fih bosta artali skolpiti Medjevali u huwa l-post fejn indifnu bosta sinjuri tal-Kastell ta' Spiš. Il-lapidi mnaqqxa tal-irħam tas-seklu 15 tal-familja Zápolya huma ta' kwalità eċċezzjonali. Pittura li ġiet irrestawrata reċentement mill-1317 turi l-inkurunazzjoni ta' Karlu I bħala r-Re tal-Ungerija, filwaqt li pittura oħra fil-katidral hija s-sors tal-isem proviżorju tal-artist anonimu ta' Kirchdrauf.

Fl-1995 il-Papa Ġwanni Pawlu II żar il-Kunvent ta' Spiš fiż-żjara tiegħu fis-Slovakkja.

Katidral ta' San Martin

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Katidral ta' San Martin huwa katidral Kattoliku Rumanesk fi ħdan il-kunvent-ċittadella ta' Spiš, li jinsab fir-raħal ta' Spišské Podhradie fid-distrett ta' Levoča. Huwa wkoll knisja parrokkjali. Il-katridral Rumanesk-Gotiku nbena fl-ewwel terz tas-seklu 13 bħala psewdobażilika b'navata ċentrali, żewġ korsiji u transett. Fl-2003, il-fdalijiet tal-Isqof Ján Vojtašák (1877-1965) ġew depożitati fil-katidral.[4]

Sede tal-amministrazzjoni tal-knisja

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kunvent ta' Spiš sar is-sede prinċipali tal-amministrazzjoni tal-knisja fir-reġjun fis-seklu 12. Fl-1776 sar is-sede tad-Djoċesi ta' Spiš, wara li r-reġina Ungeriża Marija Tereża qasmet id-Djoċesi ta' Eger (li issa saret l-Arċidjoċesi ta' Eger). Il-Katidral ta' San Martin fi ħdan il-kunvent-ċittadella huwa wieħed mill-aqwa eżempji tal-arkitettura Gotika fis-Slovakkja.[5]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Veduta tal-kunvent-ċittadella mill-ajru

Il-Kunvent ta' Spiš huwa parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bit-titlu "Levoča, il-Kastell ta' Spiš u l-monumenti kulturali assoċjati" li ġie ddeżinjat fl-1993.[2] Inizjalment is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO kien jinkludi biss il-Kastell ta' Spiš iżda mbagħad ġie estiż fl-2009 biex jinkludi l-komponenti l-oħra inkluż il-Kunvent ta' Spiš.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju tal-għażla wieħed tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]

  1. ^ "Spišská Kapitula » Spišský hrad – The Spis Castle". www.spisskyhrad.com. Miġbur 2022-03-22.
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Levoča, Spišský Hrad and the Associated Cultural Monuments". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-22.
  3. ^ Horváth, Tibor (1999). Szlovákia (in Hungarian) (1st ed.). Budapest: Cartographia. ISBN 963-353-180-2.
  4. ^ Gabor Méry, Marcell Jankovics - St. Martin's Cathedral Spišská Kapitula (2013), Šamorín (Somorja) ISBN 978-80-8160-018-0.
  5. ^ Vladimír Olejník, Ľubica Olejníková - Katedrála sv. Martina v Spišskej Kapitule (2017), Spišské Podhradie: Rímskokatolícka cirkev Biskupstvo Spišské Podhradie ISBN 978-80-971341-5-0.