Aqbeż għall-kontentut

Barċellona: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.3) (Bot Żieda: diq:Barselona
m r2.6.8) (Bot Żieda: so:Barcelona
Linja 118: Linja 118:
[[sk:Barcelona]]
[[sk:Barcelona]]
[[sl:Barcelona]]
[[sl:Barcelona]]
[[so:Barcelona]]
[[sq:Barcelona]]
[[sq:Barcelona]]
[[sr:Барселона]]
[[sr:Барселона]]

Reviżjoni ta' 22:15, 21 Novembru 2012

Barċellona hi belt Spanjola. Barċellona hi l-kapitali tar-reġjun tal-Katalunja, reġjun awtonomu fi Spanja. Hija l-belt bl-ikbar popolazzjoni f'dan ir-reġjun u t-tieni l-ikbar f'pajjiża, b'1,605,602 ruħ fl-2006, filwaqt bl-inħawi metropolitani b'kollox iġġib 3,161,081 ruħ.

Barċellona hi waħda mill-akbar ċentri kummerċjali fl-Ewropa, b'port u ajruport immovimentati ferm. L-ekonomija tar-reġjun tiddependi ħafna fuq din il-belt, u fil-fatt għalhekk hi waħda b'saħħitha.

Barċellona bdiet bħala belt Rumana. Bi klima Mediterranja, din il-belt hi magħrufa għall-kultura unika tagħha, fejn hija ċentru t'arti, arkitettura, u hija ukoll fejn il-lingwa Katalana ssib il-qofol tagħha. Ta' min isemmi xi postijiet bħall-Katidral iddedikat lill-Familja Sagra, il-Park u l-Bini Güell, kapulavuri ta' Antoni Gaudí, arkitett ta' fama mondjali.

Barċellona hi forsi l-aktar famuża għall-faċilitajiet sportivi tagħha, fejn ġew miżmuma l-Olimpjadi tas-Sajf tal-1992. Magħruf żgur ukoll hu il-Klabb tal-Futbol ta' Barċellona, FC Barcelona, anke jekk hemm klabb ieħor tal-futbol, dak ta' RCD Espanyol il-Klabb Irjali Sportiv Spanjol, għaliex dan kien miftuħ minn nies Spanjoli biss, għad differenza tal-klabb l-ieħor, li kellu Svizzeru bħala l-ewwel president.