Ċad

stat sovran fl-Afrika ċentrali

Iċ-Ċad (Għarbi:تشا د‎,Tšād; Franċiż: Tchad) huwa pajjiż interkjuż fl-Afrika Ċentrali. Dan il-pajjiż huwa mdawwar mil-Libja lejn it-Tramuntana, is-Sudan lejn il-Lvant, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali lejn in-Nofsinhar, il-Kamerun u n-Niġerja lejn il-Lbiċ u n-Niġer lejn il-Punent.

Repubblika taċ-Ċad
(FR) République du Tchad
(AR) جمهورية تشاد
Repubblika taċ-Ċad (FR) République du Tchad (AR) جمهورية تشاد – Bandiera Repubblika taċ-Ċad (FR) République du Tchad (AR) جمهورية تشاد – Emblema
Mottu: (FR) Unité, Travail, Progrès
(MT) Unità, Xogħol, Progress
Innu nazzjonali: (FR) La Tchadienne
(MT) Iċ-Ċad
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
N'Djamena
4°22′N 18°35′W / 4.367°N 18.583°W / 4.367; -18.583

Lingwi uffiċjali Franċiż
Għarbi
Gvern Repubblika Presidenzjali
 -  President Mahamat Déby Itno
 -  Prim Ministru Albert Pahimi Padacké
Indipendenza
 -  minn Franza 11 ta' Awwissu, 1960 
Erja
 -  Total 1,284,000 km2 (21)
495,753 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 1.9
Popolazzjoni
 -  stima tal-2009 10,329,208 (73)
 -  ċensiment tal-1993 6,279,921 
 -  Densità 8.0/km2 (212)
20.8/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2011
 -  Total $19.543 biljun (123)
 -  Per capita $1,865 (151)
PGD (nominali) stima tal-2011
 -  Total $9.344 biljun (130)
 -  Per capita $891 (151)
IŻU (2011) 0.328 ( bax) (183)
Valuta Frank Afrikan Ċentrali (XAF)
Żona tal-ħin WAT (UTC+1)
Kodiċi telefoniku +235
TLD tal-internet .td

Iċ-Ċad huwa maqsum fi tliet reġjuni ġeografiċi ewlenin: iż-żona tad-deżert fit-tramuntana, iċ-ċinturin niexef tas-Saħel fiċ-ċentru u s-savana fertili tas-Sudan fin-nofsinhar. Il-Lag ta' Ċad, li għalih il-pajjiż ħa l-isem tiegħu, huwa l-akbar korp ta' ilma fiċ-Ċad u t-tieni l-akbar fl-Afrika. L-ogħla punt fiċ-Ċad huwa l-vulkan Emi Koussi, fid-deżert tas-Saħara. N'Djamena hija l-belt kapitali u l-akbar belt tal-pajjiż. Iċ-Ċad hija l-patrija ta' aktar minn 200 grupp etniku. Il-Franċiż u l-Għarbi huma l-lingwi uffiċjali, filwaqt li r-reliġjonijiet bl-aktar segwaċi fil-pajjiż huma l-Kristjaneżmu u l-Iżlam.