Europass Mobility
X’inhu
Dokument li jiġbor l-għarfien u l-ħiliet miksuba f’pajjiż Ewropew ieħor. Eżempji:
- xogħol f'xi kumpanija;
- term akkademiku bħala parti minn programm ta' skambju;
- xogħol volontarju f'organizzazzjoni mhux tal-gvern.
Għal min hu
Kwalunkwe persuna li tivvjaġġa f’pajjiż Ewropew sabiex titgħallem jew tikseb esperjenza tax-xogħol, tkun xi tkun l-età jew il-livell ta’ edukazzjoni tagħha.
Min qed jimlih
Żewġ organizzazzjonijiet imsieħba involuti fil-proġett ta’ mobbiltà, l-ewwel waħda fil-pajjiż ta’ oriġni u t-tieni fil-pajjiż ospitu.
L-imsieħba jistgħu jkunu universitajiet, skejjel, ċentri ta’ taħriġ, kumpaniji, NGOs, eċċ.
Min fejn tista' tikseb informazzjoni
Jekk jogħġbok għamel kuntatt ma' l-organizzazzjoni li qed tibgħatek barra u staqsiha biex tikkomunika maċ-Ċentru Nazzjonali tal-Europass tagħha.