Inti tista’ tirreġistra isem ta’ dominju .eu, .ею, jew .ευ jekk inti tissodisfa l-kriterji li ġejjin (applikabbli mit-2 ta’ Awwissu 2021):
Int tista’ tfittex fil-lista ta’ reġistraturi akkreditati permezz tal-lingwa, il-pajjiż jew is-servizz.
Lest biex tipprovah għalik?
Żomm l-isem ta’ dominju ideali tiegħek qasir: għandu jkun jista’ jiġi ppronunzjat u li ma jintesiex, u jkun minn 2 sa 3 kelmiet twil.
Permezz tal-appoġġ multilingwi tagħna, int tista’ tikseb l-isem ta’ dominju tiegħek fi kwalunkwe lingwa u kitba uffiċjali tal-UE. (Ismijiet ta’ dominju internazzjonalizzati).
L-isem ta’ dominju mixtieq tiegħek ġie riżervat? Int tista’ tapplika biex jiġi rilaxxat billi titfa’ applikazzjoni. Int tista’ tuża wkoll l-istess isem ta’ dominju b’singijiet, jew inkella tqassru għal akronimu.
L-isem ta’ dominju tiegħek jista’ jkollu karattri mill-kitba ta’ lingwa uffiċjali tal-UE, b’hekk tistà tesprimi ruħek kompletament online.
Espandi n-negozju tiegħek u wessa’ l-orizzonti tiegħek b’isem ta’ dominju .eu li jesprimi l-firxa internazzjonali tiegħek u jitkellem ma’ klijenti potenzjali madwar id-dinja.
Permezz tal-karatteristiċi ta’ sigurtà tal-ogħla livell tagħna, aħna nipproteġu l-isem ta’ dominju tiegħek kontra bidliet mhux maħsuba bħal tħassir u trasferimenti, u ngħinuk tipproteġi lill-klijenti tiegħek minn phishing jew minn siti web oħra b’intenzjonijiet ħżiena. Tgħallem iktar dwar il-karatteristiċi ta’ sigurtà tagħna hawnhekk.
Serraħ moħħ il-klijenti tiegħek mill-bidu b’.eu, ею, jew .ευ, inti turi l-affidabbiltà tiegħek bħala entità legali bbażata fl-UE, l-Iżlanda, il-Lichtenstein, jew in-Norveġja, u għaldaqstant int soġġett għal-liġi tal-UE u standards ta’ negozjar rilevanti oħrajn.
Esprimi l-identità lingwistika u kulturali tiegħek b’isem ta’ dominju li fih karattri fi kwalunkwe kitba uffiċjali tal-UE. Aħna nipprovdu wkoll appoġġ tal-aqwa kwalità fil-lingwi uffiċjali tal-UE kollha.
Use our WHOIS platform to check out the different aspects associated with your domain name, including other domain names that are similar to yours. If you feel like someone is encroaching on your IP rights, you can file a dispute via our fast and affordable Alternative Dispute Resolution procedure.
Il-bini ta’ Komunità Online Ewropea ma jistax ikun possibbli mingħajr id-detenturi ta’ sit web .eu impressjonanti li jikkondividu l-istejjer ta’ suċċess tagħhom magħna.
Aħna dejjem kburin li naraw organizzazzjonijiet u impriżi Ewropej li jużaw .eu biex jirrappreżentaw ix-xogħol sinifikanti tagħhom u s-sens ta’ innovazzjoni tagħhom.
Is-suċċess tagħna jiġi minn żewġ naħat, għalhekk l-iskop tagħna huwa biex nibnu relazzjonijiet sodi mad-detenturi tal-ismijiet ta’ dominju tagħna. Flimkien nistgħu niksbu l-impossibbli.