Involviment tar-
Riċerkaturi
F'Google, ir-relazzjonijiet b'saħħithom mal-universitajiet u mal-istituzzjonijiet ta' riċerka huma fid-DNA tagħna. Biex nikkultivaw dawn il-kollaborazzjonijiet, aħna namministraw varjetà ta' programmi li jipprovdu riżorsi u appoġġ lill-komunitajiet akkademiċi u tar-riċerka esterna. Aħna nipprovdu dejta, għodod u pubblikazzjonijiet lir-riċerkaturi, għandna programmi tar-riċerkaturi li ċerti riċerkaturi jistgħu japplikaw għalihom kif ukoll inwettqu numru ta' inizjattivi ta' outreach.
Dejta, Għodod u Pubblikazzjonijiet
Dejta, Għodod u Pubblikazzjonijiet għar-Riċerkaturi dwar is-Sikurezza fuq l-Internet
Google Transparency Report
Dejta, Għodod u Pubblikazzjonijiet Oħrajn għar-Riċerkaturi
Riżorsi ta' Google Research
Google Trends
Ikseb informazzjoni intwittiva dwar ix-xejriet ta' tiftix, li jmorru lura sal-2004 u li jaslu sa tliet minuti ilu (ħin reali). Ir-riċerkaturi jistgħu jużaw din id-dejta biex ikejlu l-interess tat-tiftix f'suġġett partikolari, f'post partikolari, u fi żmien partikolari. Biex tapplika għall-aċċess għall-Google Trends API bħala Riċerkatur, jekk jogħġbok imla l-formola hawnhekk.
Dataset Search
Google Fact Check Tools
Data Commons
Google Scholar
Sir Af Dwar ir-Researcher Program
Skopri Kif Tikkwalifika
Kif Jaħdem il-Programm
Ikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek mal-pjattaformi rilevanti
Issottometti l-applikazzjoni tiegħek (Irid ikollok kont ta' Google)
Jekk approvat, aċċessa l-għodda/għodod rilevanti għar-riċerka tiegħek
Irrieżamina r-Rekwiżiti ta' Eliġibbiltà
Riċerkaturi li jikkwalifikaw:
- huma affiljati ma' korpi, organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ;
- huma indipendenti mill-interessi kummerċjali
- jiddivulgaw fl-applikazzjoni tagħhom il-finanzjament tar-riċerka tagħhom;
- huma kapaċi jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tas-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-dejta li jikkorrispondu għal kull talba u jipproteġu d-dejta personali;
- jiddeskrivu fl-applikazzjoni tagħhom il-miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa li jkunu stabbilew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità tad-dejta;
- juru fl-applikazzjoni tagħhom li l-aċċess tagħhom għad-dejta u l-perjodi ta' żmien mitluba huma neċessarji għall-finijiet tar-riċerka tagħhom u proporzjonati għalihom;
- juru fl-applikazzjoni tagħhom li r-riżultati mistennija tar-riċerka tagħhom se jikkontribwixxu għall-iskoperta, għall-identifikazzjoni u għall-fehim tal-impatti tas-servizzi fl-Unjoni Ewropea, u għall-valutazzjoni tal-adegwatezza, tal-effiċjenza u tal-impatti tal-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju relatati fl-Unjoni Ewropea.
Nota: It-timijiet individwali tal-pjattaformi jista' jkollhom aktar rekwiżiti ta' eliġibbiltà minbarra dawk elenkati hawn.
Ara l-Politiki tal-Programm
Ir-riċerkaturi magħżula jridu jaqblu mal-Politika dwar l-Użu Aċċettabbli, flimkien ma' kwalunkwe Terminu tas-Servizz ġenerali għall-pjattaforma/pjattaformi li jkun qed jaċċessa r-riċerkatur.
Int responsabbli bis-sħiħ għar-riċerka u l-pubblikazzjonijiet tiegħek. Barra minn hekk, Google ma għandha l-ebda IP relatata mar-riċerka, il-pubblikazzjonijiet jew kwalunkwe eżitu tar-riċerka, jew rakkomandazzjoni tiegħek.
Programmi Oħrajn għar-Riċerkaturi
Researcher Program ta' YouTube
Outreach
Premji
Avvenimenti
Parti minn din il-ħidma tinkludi l-organizzazzjoni ta' avvenimenti regolari għal dawn l-udjenzi fuq suġġetti bħas-Sigurtà u s-Sikurezza tat-Tfal [eż. ritratti]
Speċifikament għar-riċerkaturi, norganizzaw ukoll avvenimenti ffokati fuq il-kollaborazzjoni tar-riċerkaturi tagħna mal-komunità akkademika bħall-workshop tagħna dwar l-utenti f'riskju ("At-Risk Users") u l-jum dwar ir-riċerka dwar l-IA ("AI Research Day"), fi Franza, li ffokaw għalkollox fuq ir-riċerka dwar il-Privatezza, is-Sikurezza u s-Sigurtà fl-IA.