Aqbeż għall-kontentut

Ping Yao

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ping Yao
 Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Amministrazzjoni
Stat sovranRepubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Province of ChinaShanxi
Belt prefetturaJinzhong
Counties of ChinaKontea ta' Ping Yao
Isem uffiċjali 古陶镇
Kodiċi postali 031100
Ġeografija
Koordinati 37°11′56″N 112°10′36″E / 37.1989°N 112.1767°E / 37.1989; 112.1767Koordinati: 37°11′56″N 112°10′36″E / 37.1989°N 112.1767°E / 37.1989; 112.1767
Ping Yao is located in Ċina
Ping Yao
Ping Yao
Ping Yao (Ċina)
Superfiċjenti 242.54 hectare, 88.29 hectare
Demografija
Popolazzjoni 50,000 abitanti
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 354
Żona tal-Ħin UTC+8
pingyao.gov.cn

Ping Yao, spelluta wkoll Pingyao u magħrufa uffiċjalment bħala l-Belt Antika ta' Ping Yao,[1] hija belt iffortifikata bis-swar f'Shanxi ċentrali, iċ-Ċina, famuża minħabba l-importanza tagħha fl-istorja ekonomika Ċiniża u għall-ippjanar u għall-arkitettura urbana ppreservata sew ta' żmien id-dinastiji Ming u Qing. Amministrattivament, tinkludi wkoll ir-raħal ta' Gutao fil-Kontea ta' Ping Yao, Jinzhong. Skont id-data tas-seba' ċensiment Ċiniż, il-popolazzjoni residenti permanenti tal-kontea tammonta għal 450,697 ruħ. Meta mqabbla mal-502,712-il ruħ fis-sitt ċensiment nazzjonali fl-2010, il-popolazzjoni naqset bi 52,015-il ruħ f'għaxar snin, tnaqqis ta' 10.35 %, u r-rata tat-tkabbir annwali medju hi ta' -1.09 %.[2]

Il-belt ġiet stabbilit fis-seklu 14 W.K. u ilu s-sede tal-gvern lokali għal mill-inqas minn żmien id-dinastija Qing. Sas-seklu 16, il-belt kienet saret ċentru finanzjarju reġjonali; uħud iqisu li kienet iċ-ċentru finanzjarju tal-Imperu Qing fl-aħħar tas-seklu 19. Il-belt ġiet ikklassifikata bħala attrazzjoni turistika AAAAA, u l-insedjament u t-Tempji periferiċi ta' Zhenguo u ta' Shuanglin flimkien saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[3]

Diġà kien hemm insedjament f'Ping Yao matul ir-renju tar-Re Xuan (li rrenja għall-ħabta tat-827–782 Q.K.), meta d-dinastija Zhou ordnat il-kostruzzjoni ta' ħitan tat-tajn madwar is-sit.

Fil-perjodu tar-rebbiegħa u tal-ħarifa, il-kontra kienet taqa' taħt is-sjieda tar-renju ta' Jin. Kienet parti mir-renju ta' Zhao matul il-perjodu tal-Istati fil-Gwerra. Taħt id-dinastija Qing, kienet magħrufa bħala Pingtao. Matul żmien id-dinastija Han, kienet magħrufa bħala s-sede tal-Kontea ta' Zhongdu.

Ping Yao kienet iċ-ċentru finanzjarju tar-reġjun mis-seklu 16 u tal-Imperu Qing matul l-aħħar tas-seklu 19. Matul dawk iż-żminijiet, kien hemm iktar minn 20 istituzzjoni finanzjarja fi ħdan il-belt, jiġifieri iktar minn nofs it-total fil-pajjiż kollu. Rishengchang kienet l-ewwel u l-ikbar, u kienet tikkontrolla kważi nofs il-kummerċ tal-fidda taċ-Ċina fl-aħħar tad-dinastija Qing, qabel ma falliet fl-1914 wara r-Rivoluzzjoni ta' Xinhai.

Sar restawr organizzat b'mod perjodiku mis-seklu 15 'l hawn, l-iżjed reċentement fl-1979. Fl-1986, iċ-Ċina ddeżinjat lil Ping Yao bħala waħda mill-Bliet Storiċi u Kulturali taċ-Ċina. In 2004, part of the southern walls collapsed; they have since been reconstructed. In 2015, Pingyao ancient city became a national 5A-class tourist attraction.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Belt Antika ta' Ping Yao ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[3]

Ping Yao tinsab max-xatt tal-Lvant tax-xmara Fen qrib it-tarf tal-Lbiċ tal-Baċir ta' Taiyuan. Tinsab bejn wieħed u ieħor 100 kilometru (62 mil) fin-Nofsinhar ta' Taiyuan ċentrali u 715-il kilometru (444 mil) fil-Lbiċ ta' Beijing, il-belt kapitali taċ-Ċina. Il-Kontea ta' Pingyao tinsab biswit il-Kontea ta' Qi, u s-sede tagħha wkoll hija belt storika u kulturali protetta.

Il-klima ta' Ping Yao hija miti. Hija kiesħa fix-xitwa, u spiss ikollha rjieħ mill-Majjistral bi ftit borra u ħafna ċpar. Fir-rebbiegħa, it-temperatura tvarja ferm bejn binhar u billejl, tinżel ftit xita u jkun hemm ftit riħ. Fis-sajf, il-klima sikwit tkun sħuna, umduża u bix-xita. Fil-ħarifa t-temperaturi jinżlu u jkun hemm ftit xita. B'hekk il-jiem ikunu friski u bnazzi b'ħafna xemx.

Data klimatika ta' Ping Yao, f'elevazzjoni ta' 780 metru (2,560 pied), temp. normali fl-1991–2020, temp. estremi fl-1981–2010
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord °C (°F) 13.6
(56.5)
22.2
(72.0)
29.3
(84.7)
37.3
(99.1)
38.0
(100.4)
41.1
(106.0)
39.6
(103.3)
37.7
(99.9)
37.5
(99.5)
30.3
(86.5)
24.3
(75.7)
17.5
(63.5)
41.1
(106.0)
Medja massima kuljum °C (°F) 2.8
(37.0)
7.3
(45.1)
14.0
(57.2)
21.4
(70.5)
26.9
(80.4)
30.4
(86.7)
31.0
(87.8)
29.1
(84.4)
24.5
(76.1)
18.5
(65.3)
10.7
(51.3)
3.9
(39.0)
18.4
(65.1)
Medja kuljum °C (°F) −4.4
(24.1)
−0.5
(31.1)
6.3
(43.3)
13.5
(56.3)
19.3
(66.7)
23.2
(73.8)
24.7
(76.5)
22.8
(73.0)
17.5
(63.5)
11.0
(51.8)
3.6
(38.5)
−2.6
(27.3)
11.2
(52.2)
Medja minima kuljum °C (°F) −9.9
(14.2)
−6.4
(20.5)
−0.3
(31.5)
6.0
(42.8)
11.5
(52.7)
16.2
(61.2)
19.2
(66.6)
17.6
(63.7)
12.0
(53.6)
5.3
(41.5)
−1.7
(28.9)
−7.6
(18.3)
5.2
(41.3)
Temp. baxxa rekord °C (°F) −22.4
(−8.3)
−24.1
(−11.4)
−13.2
(8.2)
−8.5
(16.7)
−1.9
(28.6)
5.3
(41.5)
11.3
(52.3)
8.3
(46.9)
−0.7
(30.7)
−8.0
(17.6)
−21.9
(−7.4)
−22.1
(−7.8)
−24.1
(−11.4)
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) 2.2
(0.09)
4.3
(0.17)
9.3
(0.37)
26.1
(1.03)
30.2
(1.19)
42.4
(1.67)
97.6
(3.84)
90.9
(3.58)
58.5
(2.30)
32.4
(1.28)
11.8
(0.46)
2.4
(0.09)
408.1
(16.07)
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) 2.3 2.6 3.6 5.3 6.2 9.1 11.3 10.2 8.1 6.2 3.7 1.6 70.2
Medja għall-jiem bil-borra 3.0 3.6 2.1 0.6 0 0 0 0 0 0.1 1.9 2.7 14
Medja tal-umdità relattiva (%) 52 49 46 47 47 55 68 73 72 67 60 53 57
Medja fix-xahar għas-siegħat bid-dawl tax-xemx 149.2 166.8 201.9 226.0 248.3 224.9 213.0 199.7 177.3 180.4 161.3 150.5 2,299.3
Perċentwal għall-possibilità tax-xemx 48 54 54 57 56 51 48 48 48 53 53 51 52
Sors: China Meteorological Administration[4]

Ping Yao għad għandha l-konfigurazzjoni urbana ta' żmien id-dinastiji Ming u Qing, li tikkonforma ma' mudell tipiku ta' ba gua. Iktar minn 300 sit fil-belt jew fil-qrib fihom fdalijiet tal-qedem. Il-belt għandha iktar minn mitt triq u trejqa, bi kważi 4,000 ħanut u residenza tas-sekli 17–19. It-toroq u l-faċċati tal-ħwienet fil-biċċa l-kbira għad għandhom id-dehra storika tagħhom.

Is-swar tal-belt ta' Ping Yao nbnew fl-1370, it-tielet sena tal-Imperatur Hongwu tad-dinastija Ming. Fihom jinkorporaw erja ta' madwar 2.25 km2 (0.87 mil). Wieħed jaċċessa l-belt permezz ta' sitt daħliet tat-tip barbikan, waħda fuq kull naħa tas-swar tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, u tnejn fuq kull naħa tas-swar tal-Lvant u tal-Punent. Dan il-mudell huwa simili għal dak ta' fekruna tal-ilma (ras, denb u erba' saqajn), u b'hekk il-belt ta' Ping Yao hija mlaqqma l-"Belt tal-Fekruna tal-Ilma". Is-swar huma għoljin madwar 12-il metru (39 pied), b'perimetru ta' 6,163 metru (20,220 pied). Ħandaq wiesa' 4 metri u fond 4 metri (13-il pied) jinsab eżatt barra mis-swar. Maġenb l-erba' torrijiet strutturat fl-erba' rkejjen, hemm ukoll 72 torri tal-għassa u iktar minn 3,000 amberżun. L-għadd ta' fortifikazzjonijiet jingħad li jirrappreżenta l-għadd ta' dixxipli u studenti oħra ta' Konfuċju. Is-swar jitqiesu bħala fost l-iżjed swar tal-qedem ippreservati fuq din l-iskala.

Mill-2009, Ping Yao għandha popolazzjoni ta' 48,531 ruħ li jgħixu f'16,634 unità domestika. 12,132 resident għandhom hukous (reġistrazzjoni) lokali u 36,399 resident kienu minn partijiet oħra taċ-Ċina.

Il-Belt Antika ta' Ping Yao u l-inħawi tal-madwar huma organizzati bħala r-raħal ta' "Gutao", is-sede tal-Kontea ta' Ping Yao. Gutao tissorvelja direttament 10 villaġġi amministrattivi:[5]

Villaġġi
Isem Ċiniż Simplifikat Ċiniż Tradizzjonali Pinjin Tifsira
Dongcheng 东城村 東城村 Dōngchéngcūn Villaġġ tal-Lvant tal-Belt
Xicheng 西城村 西城村 Xīchéngcūn Villaġġ tal-Punent tal-Belt
Nancheng 南城村 南城村 Nánchéngcūn Villaġġ tan-Nofsinhar tal-Belt
Beicheng 北城村 北城村 Běichéngcūn Villaġġ tat-Tramuntana tal-Belt
Gankeng 干坑村 干坑村 Gānkēngcūn
Shijiujie 十九街村 十九街村 Shíjiǔjiē Cūn Villaġġ ta' 19-il Triq
Chengnanbao 城南堡村 城南堡村 Chéngnánbǎo Cūn Villaġġ tan-Nofsinhar tas-Swar
Xinnanbao 新南堡村 新南堡村 Xīnnánbǎo Cūn Villaġġ Ġdid tan-Nofsinhar tas-Swar
Xinzhuang 新庄村 新莊村 Xīnzhuāngcūn
Yanbi 闫壁村 閆壁村 Yánbìcūn

Mill-2009, il-belt kellha forza tax-xogħol ta' 19,059 ruħ. 3,811-il bidwi jaħdmu 9,977 mu (613-il ettaru jew 1,510 akri) ta' raba', u jipproduċu 33.7 miljun RMB ta' għelejjel, bhejjem u merkanzija oħra. L-enfasi lokali hija fuq iż-żieda tal-mekkanizzazzjoni u l-biedja intensiva fl-art disponibbli. L-inħawi tal-belt huma magħrufa sew għal-laħam taċ-ċanga,[6] kif ukoll għall-qmuħ u għall-qoton. Il-bqija tal-forza tax-xogħol hija maqsuma bejn l-industrija u s-settur tas-servizzi, b'mod partikolari t-turiżmu. L-industrija tipproduċi 840 miljun RMB u hija ffukata fuq it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-prattiki tagħha. Speċjalità lokali huma l-oġġetti tal-laker. Is-settur tas-servizzi, inkluż it-turiżmu, jipproduċi inqas introjtu mill-industrija — 790 miljun RMB — iżda qed jikber malajr u ġie mmarkat għal enfasi speċjali mill-gvern lokali.

Iż-żieda fit-turiżmu għamlet pressjoni fuq Ping Yao. Matul il-Ġimgħa tad-Deheb taċ-Ċina, l-għadd ta' viżitaturi tal-belt kultant kien ogħla minn darbtejn u nofs il-kapaċità massima ppjanata. Matul il-ġimgħa partikolari madwar il-Btala ta' Mejju fl-2007, il-belt iġġenerat madwar 94.5 miljun RMB mit-turisti li żaruha.

Minn dak l-eqqel punt fl-2007, il-gvern naqqas l-għadd u t-tul tal-"ġimgħat tad-deheb" taċ-Ċina, biex b'hekk it-turiżmu jinfirex b'mod iktar ibbilanċjat matul is-sena kollha. Il-Fond tal-Wirt Globali ħadem ukoll mal-Gvern tal-Poplu tal-Kontea ta' Ping Yao biex il-belt tiġi protetta mill-iżvilupp eċċessiv u mill-ħsara kkawżata mill-volum għoli ta' viżitaturi. L-għan iddikjarat tal-Programm tal-Iżvilupp tal-Wirt Kulturali ta' Ping Yao tagħhom huwa l-preservazzjoni mtejba tal-arkitettura vernakolari lokali u tal-arti tradizzjonali permezz ta' titjib fl-ippjanar u iżjed sforzi ta' konservazzjoni.

L-ispeċjalitajiet lokali jinkludu l-laħam taċ-ċanga ta' Ping Yao (biċ-Ċiniż: 平遥牛肉, bil-Pinjin: Píngyáo niúròu) u l-wantuo (biċ-Ċiniż: 平遥碗托, bil-Pinjin: Píngyáo wǎntuō), l-ikla favorita tal-Imperatriċi Armla Cixi. Prodotti lokali oħra huma l-inbid tar-ross Changshengyuan (biċ-Ċiniż: 长升源黄酒), id-dqiq tal-fażola minjian (biċ-Ċiniż: 豆面抿尖), u l-Jiupian (biċ-Ċiniż: 揪片).

Il-merkanti tal-fidda ta' Ping Yao fil-bidu tas-seklu 20 kienu s-suġġett tal-film tal-2009 Empire of Silver (Imperu tal-Fidda).

  1. ^ "All-Scenic spots -The official website of Shanxi Tourism Bureau". web.archive.org. 2017-07-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-07-18. Miġbur 2024-08-26.
  2. ^ 平遥人都在看. "平遥县第七次全国人口普查公报". 微信公众平台. Miġbur 2024-08-26.
  3. ^ a b ċ "Ping Yao Ancient City". whc.unesco.org. Miġbur 2024-08-26.
  4. ^ . China Meteorological Administration http://data.cma.cn/data/weatherBk.html. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |language= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |script-title= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  5. ^ "走进平遥". web.archive.org. 2009. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-09-17. Miġbur 2024-08-27.
  6. ^ "All-Scenic spots -The official website of Shanxi Tourism Bureau". web.archive.org. 2017-07-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-07-18. Miġbur 2024-08-27.