Protezzjoni tad-diżinn

Drittijietek

Il-protezzjoni tad-diżinn tiggarantilek id- dritt esklussiv biex tuża diżinn , li jinkludi t-tiswir, l-offerta, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew l-użu tal-prodott li fih id-diżinn tiegħek hu inkorporat jew li jiġi applikat fuqu. Jekk tagħti l-awtorizzazjoni tiegħek, partijiet terzi jistgħu jużaw id-diżinn fil-prodotti tagħhom.

Xi tkopri l-protezzjoni tad-diżinn

Tista' titlob protezzjoni tad-diżinn għad- dehra tal-prodott tiegħek sħiħ jew parti minnu. Id-diżinn tiegħek jirriżulta mill-karatteristiċi tal-linji, tal-kontorni, tal-kuluri, tal-għamla, tat-tessut u/jew tal-materjali tal-prodott tiegħek.

Kif tipproteġi d-diżinn tiegħek

Jekk toħloq diżinn ġdid li jissodisfa r-rekwiżiti ta' karattru ġdid u individwali, mela int għandu mnejn għandek bżonn tirreġistrah.

Jekk għandek bżonn biss tipproteġi d-diżinn tiegħek f'wieħed mill-pajjiżi tal-UE, int għandek tirreġistra d-diżinn fl-uffiċċju nazzjonali rilevanti tal-IP en .

Meta tagħmel in-negozju f'aktar minn pajjiż wieħed tal-UE, int tista' tipproteġi d-diżinn tiegħek b' Disinn Reġistrat tal-Komunità (RCD). Int tħallas EUR 350 għal 5 snin protezzjoni u jkollok tirreġsitra d-diżinn tiegħek Iftaħ bħala link estern mal- Uffiċċju tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO Iftaħ bħala link estern ) .

Jekk għandek bżonn biss protezzjoni għad-diżinn tiegħek fil-livell tal-UE għal perjodu qasir ta' żmien, bħal 3 snin, tista' tagħżel li ma tirreġistrax id-diżinn u tuża minflok Disinn Mhux Reġistrat tal-Komunità (UCD). M'għandekx bżonn tirreġistra jew tħallas xi miżati. Id-Disinn Mhux Reġistrat tal-Komunità jipproteġi d-diżinn tiegħek mill-mument tal-kxif fil-pubbliku. Wara li dan jiskadi ma tistax jiġġedded.

Tista' ssib aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni li hi xierqa għalik fuq il- paġna tad-diżinn tal- Uffiċċju tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) Iftaħ bħala link estern .

Barra l-protezzjoni tad-diżinn, id-diżinji huma wkoll eliġibbli għall-protezzjoni skont il-liġi tad-drittijiet tal-awtur jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' protezzjoni għal: l-oriġinalità għad- drittijiet tal-awtur u n-novità u l-karattru individwali għad-drittijiet tad-diżinn.

Jekk toħloq diżinn oriġinali, il- protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tiegħek tibda immedjatament mill-mument tal-kreazzjoni tax-xogħol, mingħajr il-bżonn għal kwalunkwe reġistrazzjoni tad-diżinn tiegħek.

Storja bħala eżempju

Kristel hija ħajjata bbażata fl-Estonja li tbigħ il-ħwejjeġ fil-Latvja u fil-Litwanja u li ħolqot libsa cocktail ġdida. Hi trid li tipproteġi l-kreazzjoni tagħha u tevita li l-kompetituri kummerċjali tagħha jikkupjaw il-libsa tagħha, għalhekk tiddeċiedi li tirreġistra d-diżinn tagħha. Minkejja li taf li l-libsa l-ġdida tagħha tista' tiġi protetta b'xejn (disinn mhux reġistrat tal-komunità), hi taf il-limitazzjonijiet ta' dan it-tip ta' protezzjoni - il-protezzjoni tkopri biss ikkuppjar deliberat tal-libsa, iżda mhux l-iżvilupp indipendenti ta' diżinn simili. Peress li għaddiet ħafna ħin toħloq il-libsa u taħseb li din se tkun prodott ta' suċċess (anke fil-Latvja u fil-Litwanja) Kristel tippreferi li tipproteġi l-kreazzjoni tagħha b'disinn reġistrat tal-komunità, li jiswa EUR 350 u jdum 5 snin, b'tiġdid possibbli kull 5 snin sa 25 sena.

Għall-protezzjoni internazzjonali barra mill-UE, int għandek tirreġsitra d-diżinn tiegħek en es fr mal- Organizzazzjoni Dinjija Internazzjonali tal-Proprjetà (WIPO) en fr . Din tipproteġi d-drittijiet tiegħek f' 67 pajjiż en .

Nacionalinę informaciją rasite toliau.

Ara wkoll

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Helpdesk tal-Proprjetà Intellettwali (PI)

Il-Helpdesk Ewropew tal-PI jappoġġa lill-SMEs u l-attivitajiet ta’ riċerka transfruntiera biex jiġġestixxu, ixerrdu u jivvalorizzaw it-teknoloġiji u d-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (DPI) u l-assi tal-PI fil-livell tal-UE.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 15/11/2023
Ikkondividi din il-paġna