It-trattament indaqs u l-kwalifiki

Kun żgur li tittratta lil min qed ifittex xogħol minn pajjiżi oħra tal-UE l-istess bħall-applikanti minn pajjiżek. Trid tagħti l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol lill-istaff tiegħek, irrispettivament mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom, u ma tistax tiddiskrimina minħabba s-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Għandek tipprovdi akkomodazzjoni raġonevoli lill-impjegati b’diżabbiltà. B’dan il-mod, ikunu jistgħu japplikaw, iwettqu u javvanzaw fil-funzjonijiet tax-xogħol u jagħmlu t-taħriġ. Skont il-liġi tal-UE, id-dritt għal akkomodazzjoni raġonevoli jestendi għall-attivitajiet kollha relatati max-xogħol.

Biex jaħdem f’pajjiżek, l-istaff li kiseb il-kwalifiki tiegħu f’pajjiż ieħor tal-UE jrid ikun żgur li l-esperjenza u l-professjoni huma rikonoxxuti f’pajjiżek, pereżempju, billi jużaw il-Karta Professjonali Ewropea.

L-aħħar verifika: 09/01/2024
Ikkondividi din il-paġna