Tilwim fuq ismijiet ta' dominju
Jekk għandek talba fuq isem ta’ dominju .eu, .ею jew .ευ jew jekk trid tikkontesta r-reġistrazzjoni eżistenti tiegħu, tista’ tagħmel dan li ġej:
Ikkuntattja detentur ta’ isem ta’ dominju
Jekk għandek kwistjoni b’isem ta’ dominju .eu partikolari u trid tikkuntattja lid-detentur tiegħu, tista’ ssib id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom fuq il-WHOIS ibbażata fuq l-internet tagħna.
Riżultati tal-WHOIS ibbażati fuq l-Internet għal kumpaniji vs persuni privati
Jekk id-detentur tal-isem ta’ dominju huwa entità legali, inti se tara l-isem tar-reġistrazzjoni, l-indirizz (il-belt, il-pajjiż)tiegħu, kif ukoll l-indirizz tal-email tiegħu, u l-lingwa preferuta għall-korrispondenza.
Jekk id-detentur tal-isem ta’ dominju huwa persuna fiżika, inti se tara biss l-indirizz tal-email tiegħu/tagħha u l-lingwa preferuta għall-korrispondenza. Id-data personali kollha l-oħra hija moħbija għal raġunijiet ta’ privatezza.
Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok iċċekkja l- Politika tal-WHOIS tagħna.
Rikjesta għal żvelar ta’ dettalji personali
Jekk għandek xi raġuni leġittima biex tikseb iktar dettalji ta’ kuntatt tad-detentur tal-isem ta’ dominju (minbarra dawk ipprovduti fuq il-WHOIS ibbażata fuq l-Internet, aħna nitolbuk biex timla l- formola tar-rikjesta tagħna u tibgħatha lil [email protected]. Ir-rikjesta tiegħek trid tispjega għaliex int għandek bżonn id-dettalji ta’ kuntatt tad-detentur tal-isem ta’ dominju u kif biħsiebek tużahom b’mod ċar.
L-iżvelar ta’ kwalunkwe data personali huwa mmaniġġjat fuq bażi tal-Politika dwar il Privatezza tagħna.
Ikkontesta reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju
F’każ li inti trid tikkontesta reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju, inti tista’ tikkontesta r-reġistrazzjoni tiegħu permezz tal-proċedura ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) jew permezz ta’ proċeduri tal-qorti.
Biex tikkontesta reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju permezz tal-ADR irid ikollok dritt minn qabel għall-isem ta’ dominju (eż. trademark, isem kummerċjali, isem ta’ kumpanija, isem ta’ familja, eċċ) u trid turi li d-detentur kurrenti tal-isem ta’ dominju rreġistrah jew jużah għal raġunijiet spekulattivi jew abbużivi.
X’inhi proċedura tal-ADR?
ADR huwa mezz alternattiv biex wieħed isib soluzzjoni għat-tilwim dwar ismijiet ta’ dominju. Ħafna nies jagħżlu li jsibu soluzzjoni għat-tilwim bl-ADR għax ġeneralment huwa metodu iktar ta’ malajr u iktar konvenjenti minn proċedura regolari fil-qorti.
ADR għal ismijiet ta’ dominju .eu (jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra) huwa offrut minn u jista’ jiġi mibdi minn
The Czech Arbitration Court (CAC)
jew
The WIPO Arbitration and Mediation Center (WIPO Center)
Kif tevolvi proċedura tal-ADR?
Biex tibda proċedura ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) tieħu ftit passi biss:
1. L-għażla ta’ Fornitur tal-ADR
Biex tibda kawża jew proċedura, agħżel il-fornitur tal-ADR tiegħek, li jista’ jkun jew is-CAC jew iċ-Ċentru tal-WIPO.
2. It-Tressiq tal-Ilment
Ladarba tkun għażilt il-fornitur tal-ADR tiegħek, tista’ tippreżenta l-ilment tiegħek permezz tas-sit web rispettiv tiegħu. Waqt dan il-proċess inti trid tagħti d-dettalji tal-ilment tiegħek u l-argumenti li jsostnu l-kawża tiegħek. Ikollok ukoll iċ-ċans li tehmeż kwalunkwe evidenza rilevanti.
3. L-Istennija tad-Deċiżjoni
Id-deċiżjoni tal-membri tal-bord tal-ADR tkun bil-kitba u tiġi kkomunikata lilek f’ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tittieħed id-deċiżjoni.
4. L-Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni
Il-EURid se jimplimenta d-deċiżjoni tal-ADR billi jew iżomm l-isem ta’ dominju reġistrat lid-detentur attwali tal-isem ta’ dominju, jew billi jittrasferixxi l-isem ta’ dominju lil min jagħmel l-ilment, jew billi jagħmel l-isem ta’ dominju disponibbli għar-reġistrazzjoni ġenerali fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.
Tariffi tal-ADR
It-tariffi ta’ proċedura tal-ADR ivarjaw skont in-numru ta’ membri tal-bord u n-numru ta’ ismijiet ta’ dominju involuti fit-tilwima tiegħek. Għal lista kompluta u aġġornata tat-tariffi kollha tal-ADR, jekk jogħġbok ara s-sit web rispettiv tal-fornitur tal-ADR:
Għas-CAC: https://eu.adr.eu/fees
Għaċ-Ċentru tal-WIPO: https://www.wipo.int/amc/en/domains/fees/cctlds/eu/index.html
X’jiġri wara li proċedura tal-ADR tkun ġiet kompluta?
Jekk inti tirbaħ il-kawża tiegħek:
- Jekk inti tirbaħ il-kawża u tkun eliġibbli biex tirreġistra ismijiet tad-dominju taħt .eu jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra, l-isem ta’ dominju jiġi trasferit lilek. Ir-Reġistru se jikkuntattjak permezz ta’ email fir-rigward tal-proċedura ta’ trasferiment wara l-perjodu ta’ appell ta’ 30 jum.
- Jekk inti m’intix eliġibbli biex tirreġistra ismijiet ta’ dominju taħt .eu jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra, l-isem ta’ dominju jiġi revokat wara 30.
Jekk titlef il-kawża tiegħek:
- Is-sentenzi tal-ADR huma legalment vinkolanti u l-EURid se jimplimenta d-deċiżjoni sakemm inti ma tiddeċidix li tappella d-deċiżjoni permezz ta’ qorti regolari qabel ma jgħaddu 30 jum tal-kalendarju.
- Jekk tagħżel li tappella, jekk jogħġbok avża lill-EURid b’dan matul il-perjodu ta’ appell ta’ 30 jum.
Punti ewlenin ta’ proċedura tal-ADR
- Il-proċedura tal-ADR hija aċċessibbli u bi prezz baxx. Tista’ tinbeda u titmexxa kompletament onlajn, għalhekk m’għandekx bżonn tivvjaġġa.
- Proċedura tal-ADR tirrappreżenta għażla inqas għalja għal proċedura regolari tal-qorti.
- Membri tal-bord indipendenti, li huma esperti fid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, isolvu t-tilwim tal-ADR.
- Il-proċeduri tal-ADR isiru fil-lingwa tad-detentur tal-isem ta’ dominju (kif muri fil-WHOIS ibbażata fuq l-Internet), iżda bħala lmentatur, tista’ wkoll titlob li tibdel għal lingwa uffiċjali oħra tal-UE.
- Il-proċeduri tal-ADR jieħdu medja ta’ tliet xhur biex jiġu solvuti.