X'qed tagħmel il-Kummissjoni
Garanzija għaż-Żgħażagħ
Permezz tal-iskema Garanzija għaż-Żgħażagħ, l-UE trid tittratta l-qgħad fost iż-żgħażagħ billi tiżgura li ż-żgħażagħ kollha taħt il-25 sena jirċievu offerta ta' kwalità tajba u konkreta għal impjieg, apprendistat, traineeship jew programm ta' edukazzjoni kontinwa fi żmien 4 xhur minn meta jkunu ħallew l-edukazzjoni formali jew li jkunu sabu ruħhom bla xogħol.
Garanzija għaż-Żgħażagħ skont il-pajjiż
Għanijiet
- Toħloq impjiegi ta' kwalità fl-UE kollha
- Tgħin lill-ħaddiema biex isibu impjiegi f'pajjiżhom jew f'pajjiż ieħor tal-UE
- Tippromwovi l-ħiliet u l-intraprenditorija
- Tikkoordina u timmodernizza l-iskemi tas-sigurtà soċjali
- Toħloq kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol permezz ta’ standards minimi komuni
- Tappoġġja l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar
- Tipproteġi d-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà
Miri
Sal-2030:
- Mill-anqas 78% tal-persuni fl-UE bejn l-20 u l-64 sena għadu jkollhom impjieg
- Mill-anqas 60% tal-adulti fl-UE kollha għandhom jipparteċipaw fit-taħriġ kull sena
- In-numru ta’ persuni fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali fl-UE għandu jitnaqqas b’tal-anqas 15-il miljun
Ara x'qed jagħmlu istituzzjonijiet oħrajn tal-UE dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali