Mur għall-kontenut ewlieni

Materjal edukattiv disponibbli

Tista’ ssib materjal edukattiv fuq bosta pjattaformi kollaborattivi appoġġjati mill-Kummissjoni Ewropea.

Ħarsa ġenerali

Il-Kummissjoni Ewropea tpoġġi għad-dispożiżżjoni riżorsi edukattivi fil-komunitajiet edukattivi online tagħha. Il-membri tal-komunitajiet jaqsmu wkoll il-materjal tagħhom u jikkollaboraw fuq proġetti f’dawn il-pjattaformi.

Edukazzjoni skolastika

School education gateway hi pjattaforma online għall-edukazzjoni skolastika fl-Ewropa. Din toffri materjali edukattiv fil-forma ta’

  • tutorials b’ideat prattiċi u ispirazzjoni għall-għalliema u l-iskejjel
  • materjal ta’ tagħlim versatili maħluq mill-istituzzjonijiet tal-UE u proġetti ffinanzjati mill-UE

eTwinning hi komunità għall-istaff li jaħdem fl-iskejjel fl-Ewropa. Din toffri

  • proġetti edukattivi maħluqin u kondiviżi mill-komunità tal-eTwinning
  • opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali ta’ membri tal-komunità

Tagħlim għall-adulti

EPALE hi komunità ta’ sħubija miftuħa multilingwi għall-professjonisti li jaħdmu fit-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa. Din toffri bosta riżorsi edukattivi dwar it-temi li ġejjin

  • appoġġ għal min jitgħallem
  • ambjenti għat-tagħlim
  • ħiliet tal-ħajja
  • politika edukattiva
  • kwalità tal-edukazzjoni