WK
Dan l-artiklu dwar l-istorja huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Fl-iskala tas-snin fil-lingwa Maltija, it-terminu WK jalludi għall-frazi Wara Kristu u joqrob l-iktar lejn it-terminu bil-Latin Anno Domini li tfisser Fis-Sena ta' Sidna, jew b'mod komplet Anno Domini Nostri Iesu Christi, is-Sena ta' Sidna Ġesù Kristu. Din titqassar għal AD jew A.D., fil-Malti, WK jew W.K.. Din hija d-deżinjazzjoni użata biex jiġu numerati s-snin skond l-Era Kristjana.
Din id-deżinjazzjoni llum tintuża kemm fil-kalendarju Ġuljan u kemm f'dak Gregorjan. Din tiddefinixxi epoka skond is-sena li hi tradizzjonalment konnessa mat-twelid ta' Ġesù Kristu.
Snin ilu t-terminu a.C.n. (Ante Christum Natum, Latin għal "Qabel it-twelid ta' Kristu") kien jintuża minflok QK, anki jekk issa qed jintużaw l-iktar it-termini 'QK' u 'WK'. Din is-sistema, imsejħa L-Era Kristjana, hi l-unika sistema f'użu komuni fil-Pajjiżi tal-Punent, u s-sistema prinċipali għall-kummerċ u għax-xjenza fil-bqija tad-dinja.
Fil-Malti dawn it-termini jitqiegħdu wara n-numru tas-sena, pereżempju: "30 WK" mhux "WK 30".