Wikizzjunarju
Il-Wikizzjunarju (terminu derivat mit-twaħħid tal-kelma wiki u dizzjunarju) huwa proġett multilingwi fl-internet li jfisser il-kliem b’xejn; b’hekk iservi ta’ dizzjunarju. Hemm madwar mija u ħamsin lingwa parti minn dan il-proġett. Kwalità li tiddifferenzjah minn imkielem oħrajn hi li miktub minn voluntiera li jilżmu annuna bis-software wiki sabiex jinbidlu, jissewwew jew jiġġeddu l-artikli.
URL | http://www.wiktionary.org/ |
---|---|
Slogan | Id-dizzjunarju l-ħieles |
Kummerċjali? | Le |
Tip ta' sit | Dizzjunarju online |
Reġistrazzjoni | Oppzjonali |
Lingwi disponibbli | Multingwali ('il fuq minn 150) |
Proprjetarju | Fondazzjoni Wikimedia |
Maħluqa minn | Jimmy Wales u l-komunità Wikimedia |
Pubblikata | 12 ta' Diċembru, 2002 |
Stat attwali | Attiva |
Bħall-Wikipedija, il-Wikizzjunaru huwa mħaddem mill-Fondazzjoni Wikimedia. Minħabba li m’hemmx limitu għal spazju għall-istampar, ħafna mill-edizzjonijiet tal-lingwi ta’ dan il-proġett jipprovdu tifsir u traduzzjonijiet għal lingwi oħra, waqt li xi edizzjonijiet jipprovdu wkoll teżawri u lessiċi. Aktar minn hekk, il-Wikizzjunarju Ingliż jinkludi wkoll il-Wikisawru, li jservi ta' teżawru.