Ħarsa ġenerali
- Rwol: Traduzzjoni u servizzi lingwistiċi relatati għall-aġenziji, il-korpi u l-istituzzjonijiet tal-UE; kooperazzjoni interistituzzjonali
- Direttur: Ildikó Horváth
- Sħab: Servizzi tat-traduzzjoni tal-UE u internazzjonali oħrajn permezz tal-Kumitat Interistituzzjonali għat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni (ICTI), il-Laqgħa Annwali Internazzjonali dwar l-Arranġamenti, id-Dokumentazzjoni u l-Pubblikazzjoni tal-Lingwi (IAMLADP), il-Laqgħa Bejn l-Aġenziji dwar it-Traduzzjoni u t-Terminoloġija Assistita mill-Kompjuter (JIAMCATT).
- Stabbilita fis-sena: 1994
- Numru ta’ staff: 200, inklużi madwar 100 traduttur
- Post: Il-Lussemburgu
- Sit web: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni (CdT)
Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni jipprovdi traduzzjoni u servizzi lingwistiċi relatati għall-aġenziji, il-korpi u l-istituzzjonijiet tal-UE madwar l-Ewropa u jaħdem flimkien mas-servizzi l-oħrajn tat-traduzzjoni tal-UE.
X’jagħmel
Jipprovdi servizzi ta' lingwa lill-aġenziji u l-korpi speċjalizzati tal-UE, speċjalment:
- it-traduzzjoni, inkluża t-traduzzjoni awtomatika segwita minn editjar sħiħ u ħafif wara l-editjar
- ir-reviżjoni
- l-editjar
- ix-xogħol ta' terminoloġija
- is-sottotitoli ta' videos
- it-traskrizzjoni
- il-konsulenza lingwistika.
Iċ-Ċentru jgħin ukoll lis-servizzi tat-traduzzjoni tal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħrajn tal-UE meta jkollhom ammont partikolarment kbir ta' xogħol, u bi proġetti speċjali.
U jaħdem mas-servizzi tat-traduzzjoni tal-UE l-oħrajn fil-Kumitat Interistituzzjonali għat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni biex:
- il-metodi u l-għodod ta’ ħidma jsiru aktar effiċjenti
- ikun hemm konformità bejniethom tal-proċeduri differenti tas-servizzi tat-traduzzjoni tal-UE
- isir tfaddil kumplessiv tat-traduzzjoni fl-UE
- ikun hemm kooperazzjoni fuq proġetti ta' skala kbira, bħall-IATE, il-bażi ta' data tat-terminoloġija tal-UE
Fl-aħħarnett, iċ-Ċentru jgħin fl-implimentazzjoni tal-qasam strateġiku tal-UE għall-multilingwiżmu li għandu l-għan li jtejjeb il-ħiliet lingwistiċi taċ-ċittadini.
Kif jaħdem
- Is-70 korp tal-klijenti taċ-Ċentru jordnaw xogħolhom permezz ta’ portal online apposta u jiġu fatturati għas-servizzi pprovduti.
- Minħabba l-varjetà ta' oqsma koperti mill-aġenziji tal-UE, iċ-Ċentru jittratta numru kbir ta' testi speċjalizzati f'medda wiesgħa ta' lingwi tal-UE u mhux tal-UE.
- Iċ-Ċentru jibgħat ukoll xogħol barra lil eluf ta' tradutturi freelance li x-xogħol tagħhom imbagħad jiġi ċċekkjat mil-lingwisti taċ-Ċentru qabel jintbagħat lill-klijent.
Aktar Informazzjoni
Rapporti ta’ attività u programmi ta’ ħidma
Kuntatt
Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea
- Isem
- Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea
- Sit web
- https://cdt.europa.eu/mt
- Numru tat-telefown
- +352 421 71 11
- Indirizz postali
Bâtiment Technopolis Gasperich 12E rue Guillaume Kroll
1882 Luxembourg
Luxembourg- Media soċjali