7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/44


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) fis-26 ta’ Awwissu 2009 — Afton Chemical Limited vs Secretary of State for Transport

(Kawża C-343/09)

2009/C 267/76

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Afton Chemical Limited.

Konvenut: Secretary of State for Transport.

Domandi preliminari

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-addittivi metalliċi fid-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”) (1):

1.

B’riferiment għal dik il-parti tal-Artikolu 1(8) li tintoduċi Artikolu 8(a)(2) ġdid fid-Direttiva 98/70 (2) li jillimita l-użu tal-methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl fil-karburant għal 6 mg Mn kull litru mill-1 ta’ Jannar 2011 u għal 2 mg mill-1 ta’ Jannar 2014, l-impożizzjoni ta’ tali il-limiti hija:

1.

Illegali minħabba li hija bbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni?

2.

Illegali minħabba li tikser ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ prekawzjoni?

3.

Illegali minħabba li hija nieqsa minn proporzjonalità?

4.

Illegali minħabba li tmur kontra l-prinċipju ta’ trattament ugwali?

5.

Illegali minħabba li tmur kontra l-prinċipju taċ-ċertezza legali?

2.

B’riferiment għal dik il-parti tal-Artikolu 1(8) li tintroduċi Artikolu 8(a)(4), (a)(5) u (a)(6) ġdid fid-Direttiva 98/70 li jeħtieġ l-ittikettjar tal-karburanti kollha li fihom additivi metalliċi bil-frażi “fih additivi metalliċi”, tali rekwiżit ta’ tikettjar huwa:

1.

Illegali minħabba li huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni?

2.

Illegali minħabba li huwa nieqes minn proporzjonalità?


(1)  ĠU L 140, p. 88

(2)  Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 li tirrigwarda l-kwalitá tal-karburanti tal-petrol u tad-diesel u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KE, (ĠU L 350, p. 58).