7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/62 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — GlaxoSmithkline et vs UASI — Serono Genetics Institute (FAMOXIN)
(Kawżi T-493/07, T-26/08 u T-27/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali FAMOXIN - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti LANOXIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Prova tal-użu - Artikolu 56(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009)”)
2009/C 267/109
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GlaxoSmithkline SpA (Verona, l-Italja); Laboratórios Wellcome de Portugal, Lda (Algés, il-Portugall); u The Wellcome Foundation Ltd (Greenford, Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Gilbey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Serono Genetics Institute SA (Évry, Franza)
Suġġett
Tliet rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Settembru 2007 (Każ R 8/2007-1), tal-20 ta’ Novembru 2007 (Każ R 10/2007-1) u tad-19 ta’ Novembru 2007 (Każ R 9/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, GlaxoSmithkline SpA, Laboratórios Wellcome de Portugal, Lda u The Wellcome Foundation Ltd u, min-naħa l-oħra, Serono Genetics Institute SA.
Dispożittiv
1) |
Il-Kawżi T-493/07, T-26/08 u T-27/08 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza. |
2) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
3) |
GlaxoSmithkline SpA, Laboratórios Wellcome de Portugal, Lda u The Wellcome Foundation Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż. |