7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/61 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza 16 ta’ Settembru 2009 — Dominio de la Vega vs UASI — Ambrosio Velasco (DOMINIO DE LA VEGA)
(Kawża T-458/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni ta’ trade mark Komunitarja figurattiva DOMINIO DE LA VEGA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PALACIO DE LA VEGA - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/108
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Dominio de la Vega, SL (Requena, Spanja) (rappreżentanti: E. Caballero Oliver u A. Sanz-Bermell y Martínez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Ambrosio Velasco, SA (Dicastillo, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)
Suġġett
Appell mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1431/2006-2) dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Ambrosio Velasco, SA u Dominio de la Vega, SL.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Dominio de la Vega, SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |