7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/58


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Settembru 2009 — Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-225/07 u T-364/07) (1)

(“Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja - Remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni - Negliġenza manifesta - Nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazju fuq l-importazzjoni - Rikors għal annullament - Att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà”)

2009/C 267/101

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Thomson Sales Europe (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: F. Goguel u F. Foucault, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (rappreżentanti: fil-Kawża T-225/07, X. Lewis, H. van Vliet u S. Schønberg, u fil-Kawża T-364/07, X. Lewis u M. Patakia, aġenti)

Suġġett

Fil-Kawża T-225/07, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM Nru 03/05, tas-7 ta’ Mejju 2007, li tindika lill-awtoritajiet Franċiżi li ma kienx iġġustifikat li tingħata remmissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni fuq ir-riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja kkonċernati mit-talba tagħhom tal-14 ta’ Settembru 2005, kif ukoll, fil-Kawża T-364/07, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Lulju 2007, li ma tikkonfermax il-ksib tal-benefiċċju tan-nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazju fuq l-importazzjoni fir-rigward tal-imsemmija riċevituri.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Thomson Sales Europe għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.