7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/84 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Settembru 2009 — Hartwig vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-141/06) (1)
(Ħatra - Membru tal-persunal temporanju maħtur uffiċjal - Kandidat imniżżel fuq lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tal-Istatut il-ġdid - Klassifikazzjoni fi grad bl-applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli - Miżuri tranżitorji tal-Anness XIII tal-Istatut)
2009/C 267/152
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Marc Hartwig (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: T. Bontinck, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew li ġew fis-seħħ fis-16/04/2006 li permezz tagħhom ir-rikorrenti, membru tal-persunal temporanju kklassifikat fil-grad B*7 u li għadda mill-kompetizzjoni esterna PE/34/B, ġie maħtur uffiċjal bil-klassifikazzjoni B*3, skala 2, bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness XIII tal-Istatut.
Dispożittiv
1) |
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-141/06, Hartwig vs Il-Kummissjoni. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
(1) ĠU C 20, 27.1.2007, p. 40.