Official Journal L 104 , 08/04/2004 P. 0105 - 0105
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 663/2004 tas-7 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2300/97 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-miżuri għat-titjib tal-produzzjoni u l-marketing ta' l-għasel IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 tal-25 ta' Ġunju 1997 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar l-applikazzjoni tal-miżuri għat-titjib tal-produzzjoni u l-marketing ta' l-għasel ([1]), u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2300/97 ([2]) jistabbilixxi id-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-programmi annwali nazzjonali li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 1221/97.L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 230/97 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-programmi tagħhom lejn il-Kummissjoni sal-15 ta' April ta' kull sena. (2) L-isħubija mal-UE għandha tiffaċilita sabiex ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Liwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u l-Islovakkja jkunu jistgħu jibenefikaw mill-programmi nazzjonali li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 1221/97. Sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati il-programmi kollha, bl-istess metodu għall-Istati Membri kollha, id-data tan-notifika tal-programmi għandha tkun posposta, għall-2004, għall-15 ta' Mejju 2004. (3) Ir-Regolament (KE) Nru 2300/97 għandu għalhekk jkun emendat kif xieraq. (4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2300/97, huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej: "1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-programmi tagħhom lejl il-Kummissjoni qabel il-15 ta' April ta' kull sena. B'dana kollu, għall-2003, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-programmi tagħhom sal-15 ta' Mejju l-aktar tard." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu jkun japplika għall-programmi annwali għas-sena tas-suq 2004/2005. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 173, ta' l-1.7.1997, p. 1.Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2070/98 (ĠU L [2] 265, tat-30.9.1998, p. 1).