2007R1569 — MT — 01.01.2015 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1569/2007

tad-21 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 340 22.12.2007, p. 66)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 310/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2011

  L 103

11

13.4.2012

►M2

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1605 tat-12 ta' Ġunju 2015

  L 249

3

25.9.2015




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1569/2007

tad-21 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2002/34/KE ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 7(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva Nru 2001/34/KE ( 2 ), b’mod partikolari l-punt (i) ta’ l-Artikolu 23(4) tagħha,

Billi:

(1)

kontabilit L-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE jeħtieġ li l-Kummissjoni twaqqaf mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza tat-tagħrif meħtieġ skond dik id-Direttiva, li jinkludi stqarrijiet finanzjarju u r-rekwiżiti korrispondenti skond il-liġi, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-pajjiżi terzi. Dak l-Artikolu jeħtieġ ukoll lill-Kummissjoni li tieħu deċiżjonijiet marbuta ma’ l-ekwivalenza ta’ l-istandards tal-kontabilità użati mill-emittenti tal-pajjiż terzi, u jippermetti lill-Kummissjoni li tippermetti l-użu ta’ l-istandards tal-kontabilità tal-pajjiż terz tul perjodu transitorju xieraq. Minħabba l-interkonnessjoni mill-qrib tat-tagħrif meħtieġ skond id-Direttiva 2004/109/KE mat-tagħrif meħtieġ skond id-Direttiva 2003/71/KE, jeħtieħ li l-istess kriterji għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza japplikaw fil-qafas taż-żewġ Direttivi.

(2)

B’kunsiderazzjoni ta’ l-għanijiet tad-Direttiva 2003/71/KE biex tiżgura li l-investituri jkunu kapaċi jagħmlu evalwazzjoni infurmata ta’ l-assi u r-responsabbiltajiet, tal-pożizzjoni finanzjarja, tal-qligħ u t-telf u tal-prospetti ta’ emittent, u l-għanijiet tad-Direttiva 2004/109/KE li tippermetti lill-investituri li jagħmlu evalwazzjoni infurmata tal-qagħda finanzjarja ta’ l-emittenti b’titoli amessi għall-kummerċ f’suq regolat, jixraq li l-ekwivalenza tiġi ddefinita b’referenza għall-ħila ta’ l-investituri li jagħmlu evalwazzjoni simili tal-qagħda finanzjarja u l-prospetti ta’ l-emittent, kemm jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jitfasslu skond l-istandards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz u kemm jekk skond l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (minn hawn ‘il quddiem l-IFRS).

(3)

Sabiex jiġi żgurat li determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza ta’ standards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz isseħħ fil-każijiet kollha li huma relevanti għas-swieq Komunitarji, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ekwivalenza ta’ l-istandards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz jew fuq talba mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew minn awtorità responsabbli għall-istandards tal-kontabilità jew superviżjoni tas-suq ta’ pajjiż terz, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. Il-Kummissjoni l-ewwel se tikkonsulta l-Kumitat ta’ Regolaturi Ewropej tat-Titli (CESR) rigward l-evalwazzjoni ta’ l-ekwivalenza ta’ l-istandards tal-kontabilità kkonċernati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tissorvelja b’mod attiv il-progress għaddej fix-xogħol mill-awtoritajiet relevanti tal-pajjiż terz biex ineħħu kwalunkwe rekwiżit għall-emmittenti Komunitarji li għandhom aċċess għas-swieq finanzjarji ta’ pajjiż terzi biex jirrikonċiljaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji mħejjija bl-użu ta’ l-IFRS adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 ( 3 ). Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun tali li l-emittenti Komunitarji jiġu permessi jużaw l-IFRS adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fil-pajjiż terz ikkonċernat

(4)

Il-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni u l-President ta’ l-Istati Uniti qablu f’April 2007 li jippromwovu u jiżguraw il-kundizzjonijiet għall-GAAP ta’ l-Istati Uniti u l-IFRS li jiġu rrikonoxxuti fiż-żewġ ġurisdizzjonijiet mingħajr il-bżonn ta’ rikonċiljazzjoni sa l-2009 jew qabel. Il-Kummissjoni u l-Kummissjoni għat-Titoli u l-Iskambju (SEC) ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ssoktaw id-djalogu tagħhom lejn l-approvazzjoni ta’ l-IFRS adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fl-Istati Uniti, li jiffranka lill-emittenti li jużaw l-IFRS minn rekwiżiti ta’ rikonċiljazzjoni għoljin. Għandhom jittieħdu l-passi biex jinkisbu arranġamenti simili ma’ pajjiżi oħrajn li l-kumpaniji ta’ l-UE jniżżlu t-titoli tagħhom fuq l-iskambji ta’ dawn il-pajjiżi qabel tmiem l-2008. Il-Bord ta’ l-Istandards tal-Kontabilità tal-Ġappun (ASBJ) qiegħed jissokta l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma konġunt tiegħu mal-Bord ta’ l-Istandards tal-Kontabilità Internazzjonali (IASB) lejn il-konverġenża tal-GAAP Ġappuniż ma’ l-IFRS. Il-Bord ta’ l-Istandards tal-Kontabilità ta’ Kanada (AcSB) ippubblika Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-inkorporazzjoni ta’ l-IFRS fil-GAAP Kanadiż mill-1 ta’ Jannar 2011.

(5)

Sabiex jiġu promossi l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fid-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-istandards tal-kontabilità internazzjonali u biex jitħeġġeġ l-użu ta’ l-IFRS fis-swieq finanzjarji globali, u biex jitnaqqas it-tfixkil lis-swieq fil-Komunità,, ikun xieraq li tikkunsidra kwalunkwe programm ta’ konverġenza ma’ l-IFRS jew impenn min-naħa ta’ l-awtorità relevanti tal-pajjiż terz biex tadotta l-IFRS. Għalhekk jeħtieġ li jiġi speċifikat aktar taħt liema kondizzjonijiet il-programmi ta’ konverġenza jistgħu jitqiesu bħala li jipprovdu bażi biżżejjed biex jippermettu lill-emittenti tal-pajjiż terz li japplikaw l-istandards tal-kontabilità nazzjonali tagħhom għal perjodu ta’ tranżizzjoni. Il-Kummissjoni l-ewwel se tikkonsulta mas-CESR dwar il-programm ta’ konverġenza jew dwar il-progress lejn l-adozzjoni ta’ l-IFRS, skond il-każ.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Rgolament huma skond l-opinoni tal-Kumitat tat-Titoli Ewropej,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li skond lilhom il-Prinċipji tal-Kontabilità Aċċettati Ġeneralment ta’ pajjiż terz jistgħu jitqiesu ekwivalenti għall-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (minn hawn ‘il quddiem l-IFRS) u jdaħħal mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ tali ekwivalenza.

Artikolu 2

Ekwivalenza

Il-Prinċipji tal-Kontabilità Aċċettati Ġeneralment ta’ pajjiż terz jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji mfassla skond il-Prinċipji tal-Kontabilità Aċċettati Ġeneralment tal-pajjiż terz ikkonċernat jippermettu lill-investituri li jagħmlu evalwazzjoni simili ta’ l-assi u r-responsabbiltajiet, tal-qagħda finanzjarja, tal-qligħ u t-telf u tal-prospetti ta’ l-emittent bħad-dikjarazzjonijiet finanzjarji mfassla skond l-IFRS, bir-riżultat li l-investituri x’aktarx jagħmlu l-istess deċiżjonijiet dwar l-akkwist, iż-żamma jew l-għoti ta’ titli ta’ emittent.

Artikolu 3

Mekkaniżmu ta’ ekwivalenza

Id-deċiżjoni dwar id-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza tal-Prinċipji tal-Kontabilità Aċċettati Ġeneralment ta’ pajjiż terz jistgħu jittieħdu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, meta titressaq l-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew meta titressaq applikazzjoni minn awtorità responsabbli mill-istandards tal-kontabilità jew is-superviżjoni tas-suq ta’ pajjiż terz.

Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tiddetermina ekwivalenza, jew fuq applikazzjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, se tħabbar id-deċiżjoni pubblikament.

▼M1

Artiklou 4

Kundizzjonijiet biex jiġi aċċettati standards tal-kontabbiltà ta’ pajjiżi terzi għal perjodu limitat

1.  Emittenti minn pajjiżi terzi jistgħu jitħallew jużaw rapporti finanzjarji miktuba skont l-istandards tal-kontabbiltà ta’ pajjiż terz sabiex jikkonformaw mal-obbligi skont id-Direttiva 2004/109/KE, u b’deroga mill-Artikolu 35(5) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004, biex jipprovdu informazzjoni finanzjarja storika skont dak ir-Regolament għall-perjodu li jibda fi kwalunkwe żmien wara l-31 ta’ Diċembru 2008 u jiskadi mhux aktar tard mill- ►M2  31 ta' Marzu 2016 ◄ fil-każijiet li ġejjin:

(a) l-awtorità ta’ pajjiż terz responsabbli mill-istandards tal-kontabbiltà nazzjonali konċernati tkun ħadet impenn pubbliku li tikkonverġi dawn l-istandards lejn l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju sa mhux aktar tard mill- ►M2  31 ta' Marzu 2016 ◄ u jkunu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) l-awtorità tal-pajjiż terz responsabbli mill-istandards tal-kontabbiltà nazzjonali konċernati tkun stabbilixxiet programm ta’ konverġenza li jkun komprensiv u li jista’ jitlesta qabel il- ►M2  31 ta' Marzu 2016 ◄ ;

(ii) il-programm ta’ konverġenza jiġi implimentat effettivament, mingħajr dewmien, u jiġu allokati r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu biex jitlesta;

(b) l-awtorità ta’ pajjiż terz responsabbli mill-istandards tal-kontabbiltà nazzjonali kkonċernati tkun ħadet impenn pubbliku biex tadotta l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju qabel il- ►M2  31 ta' Marzu 2016 ◄ u jittieħdu miżuri effettivi fil-pajjiż terz biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u fil-ħin tagħhom sa dik id-data.

2.  Kwalunkwe deċiżjoni skont il-paragrafu 1 li tippermetti li jibqgħu jintużaw rapporti finanzjarji miktuba skont l-istandards tal-kontabbiltà ta’ pajjiż terz għandha titwettaq skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/71/KE u l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2004/109/KE.

3.  Fejn il-Kummissjoni tippermetti li jibqgħu jintużaw rapporti finanzjarji mfassla skont l-istandards tal-kontabbiltà ta’ pajjiż terz skont il-paragrafu 1, hija għandha tirrevedi regolarment jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (a) jew (b) (kif ikun il-każ) għadhomx jiġu ssodisfati, u għandha tirraporta dwar dan lill-Parlament Ewropew.

4.  Jekk il-kundizzjonijiet fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jkunux għadhom jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/71/KE u l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2004/109/KE li temenda d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 1 fir-rigward ta’ dawn l-istandards tal-kontabbiltà.

5.  Meta tikkonforma ma’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tikkonsulta l-AETS dwar il-programm ta’ konverġenza jew dwar il-progress lejn l-adozzjoni tal-IFRS, skont il-każ.

▼B

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

( 2 ) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

( 3 ) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.