This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TA0225
Joined Cases T-225/07 and T-364/07: Judgment of the Court of First Instance of 29 September 2009 — Thomson Sales Europe v Commission (Customs union — Imports of colour television receivers manufactured in Thailand — Refund of import duties — Manifest negligence — Post-clearance recovery of import duties — Action for annulment — Act having adverse effects — Inadmissibility)
Kawżi magħquda T-225/07 u T-364/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 29 ta’ Settembru 2009 — Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni ( Unjoni doganali — Importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja — Remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni — Negliġenza manifesta — Nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazju fuq l-importazzjoni — Rikors għal annullament — Att li jikkawża preġudizzju — Inammissibbiltà )
Kawżi magħquda T-225/07 u T-364/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 29 ta’ Settembru 2009 — Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni ( Unjoni doganali — Importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja — Remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni — Negliġenza manifesta — Nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazju fuq l-importazzjoni — Rikors għal annullament — Att li jikkawża preġudizzju — Inammissibbiltà )
ĠU C 267, 7.11.2009, p. 58–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/58 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Settembru 2009 — Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-225/07 u T-364/07) (1)
(“Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja - Remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni - Negliġenza manifesta - Nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazju fuq l-importazzjoni - Rikors għal annullament - Att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà”)
2009/C 267/101
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Thomson Sales Europe (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: F. Goguel u F. Foucault, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (rappreżentanti: fil-Kawża T-225/07, X. Lewis, H. van Vliet u S. Schønberg, u fil-Kawża T-364/07, X. Lewis u M. Patakia, aġenti)
Suġġett
Fil-Kawża T-225/07, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM Nru 03/05, tas-7 ta’ Mejju 2007, li tindika lill-awtoritajiet Franċiżi li ma kienx iġġustifikat li tingħata remmissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni fuq ir-riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja kkonċernati mit-talba tagħhom tal-14 ta’ Settembru 2005, kif ukoll, fil-Kawża T-364/07, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Lulju 2007, li ma tikkonfermax il-ksib tal-benefiċċju tan-nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazju fuq l-importazzjoni fir-rigward tal-imsemmija riċevituri.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
2) |
Thomson Sales Europe għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. |