Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0269

    Kawża C-269/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-ħaddiema — Regolament (KEE) Nru 1612/68 — Bonus ta’ inċentiv għal pensjoni ta’ tfaddil — Intaxxar integrali tat-taxxa )

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-269/07) (1)

    (“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-ħaddiema - Regolament (KEE) Nru 1612/68 - Bonus ta’ inċentiv għal pensjoni ta’ tfaddil - Intaxxar integrali tat-taxxa”)

    2009/C 267/16

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: C. Blaschke u M. Lumma, aġenti, W. Wellisch, Rechtsanwalt)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 12, 18, u 39 KE, kif ukoll tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU L 257, p. 2) — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-bonus ta’ inċentiv għal pensjoni ta’ tfaddil li tissuġġetta l-għoti tal-bonus għall-kundizzjoni li l-persuna taxxabli tkun suġġetta integralment għat-taxxa fl-Istat Membru, li tipprevedi l-ħlas lura tal-bonus minn meta l-persuna ma tibqax suġġetta għat-taxxa, u li ma tippermettix li jiġi użat il-kapital ikkostitwit fil-kuntest ta’ din is-sistema għax-xiri ta’ dar okkupata mis-sid, ħlief jekk din tkun tinsab fit-territorju nazzjonali.

    Dispożittiv

    1)

    Billi adottat u billi żammet id-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-pensjonijiet supplimentari stabbiliti fl-Artikoli 79 sa 99 tal-Liġi Federali dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 39 KE u 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità, kif ukoll skont l-Artikolu 18 KE, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet:

    iċaħħdu lill-ħaddiema transkonfinali u lill-konjuġi tagħhom mill-benefiċċju tal-bonus għall-pensjoni ta’ tfaddil meta ma jkunux integralment suġġetti għat-taxxa f’dan l-Istat Membru;

    jipprekludu lill-ħaddiema transkonfinali milli jużaw il-kapital issussidjat għax-xiri jew għall-kostruzzjoni ta’ dar għal finijiet ta’ abitazzjoni personali meta din id-dar ma tkunx tinsab fil-Ġermanja, u

    jistabbilixxu r-rimbors tal-bonus imsemmi f’każ li l-persuna taxxabbli ma tibqax integralment suġġetta għat-taxxa f’dan l-istess Stat Membru.

    2)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 199, 25.08.2007


    Top