This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0017(01)
2011/744/: Decision of the European Central Bank of 3 November 2011 on the implementation of the second covered bond purchase programme (ECB/2011/17)
2011/744/: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta’ Novembru 2011 fuq l-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (BĊE/2011/17)
2011/744/: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta’ Novembru 2011 fuq l-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (BĊE/2011/17)
ĠU L 297, 16.11.2011, p. 70–71
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2012
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/744/oj
16.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/70 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta’ Novembru 2011
fuq l-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti
(BĊE/2011/17)
(2011/744/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 18.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu joperaw fis-swieq finanzjarji billi, fost affarijiet oħra, jixtru u jbiegħu strumenti negozjabbli b’mod definittiv. |
(2) |
Fis-7 ta’ Mejju 2009 u sussegwentement fl-4 u fit-18 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill Governattiv iddeċieda, minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali prevalenti fis-suq f’dak il-ħin, li jniedi programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (minn hawn ’il quddiem il-“programm”), b’ammont nominali totali mmirat ta’ EUR 60 biljun skont id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat’2 ta’ Lulju 2009 fuq l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (1). Taħt il-programm, il-BĊNi u, b’mod eċċezzjonali, il-BĊE f’kuntatt dirett mal-kontropartijiet jistgħu, skont is-sehem allokat lilhom, jiddeċiedu li jixtru bonds garantiti eliġibbli b’mod definittiv mingħand kontropartijiet eliġibbli fis-swieq primarji u sekondarji. Billi jitqiesu l-ħtiġjiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u l-għanijiet tax-xiri ta’ bonds garantiti, il-programm kien imfassal bħala miżura temporanja għal perijodu ta’ tnax-il xahar u skada fit-30 ta’ Ġunju 2010. |
(3) |
Il-Kunsill Governattiv ideċieda illi t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (minn hawn ’il quddiem it-“tieni programm”) għandu jitnieda. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom il-ħsieb li jimplimentaw it-tieni programm gradwalment, billi jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-suq u l-ħtiġijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. L-għanijiet tat-tieni programm huma li jikkontribwixxi biex: (a) jittaffew l-kundizzjonijiet tal-iffinanzjar għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u impriżi; u (b) istituzzjonijiet ta’ kreditu jiġu inkoraġġiti biex iżommu u jkabbru s-self lill-klijenti tagħhom. |
(4) |
Bħala parti mill-politika monetarja waħdanija, ix-xiri b’mod definittiv ta’ bonds iggarantiti eliġibbli mill-banek ċentrali tal-Eurosistema taħt it-tieni programm għandu jiġi implimentat b’mod uniformi, skont din d-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Twaqqif u ambitu tax-xiri b’mod definittiv ta’ bonds iggarantiti
L-Eurosistema stabbilixxiet it-tieni programm li taħtu l-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jixtru bonds iggarantiti eliġibbli b’ammont nominali mmirat ta’ EUR 40 biljun. Taħt it-tieni programm, bonds iggarantiti eliġibbli jistgħu jinxtraw mill-banek ċentrali tal-Eurosistema mingħand kontropartijiet eliġibbli fis-swieq primarji u sekondarji skont il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jinsabu f’din id-Deċiżjoni. Il-Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti tal-politika monetarja u l-proċeduri tal-Ewrosistema (2) m’għandhiex tapplika għax-xiri b’mod definittiv ta’ bonds iggarantiti minn bank ċentrali tal-Eurosistema taħt it-tieni programm.
Artikolu 2
Kriterji ta’ eliġibbiltà għal bonds iggarantiti
Bonds iggarantiti li huma: (a) eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja kif definiti fil-Linja Gwida BĊE/2000/7; (b) iddenominati f’euro; u (c) miżmumin u saldati fiż-żona euro, għandhom ikunu eliġibbli għal xiri b’mod definittiv taħt it-tieni programm, sakemm ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
1. |
Huma għandhom ikunu jew: (a) bonds iggarantiti maħruġin skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE (3) (minn hawn ’il quddiem il-“bonds iggarantiti konformi mal-UCITS”); jew (b) bonds iggarantiti strutturati li joffru salvagwardji simili għal dawk ta’ bonds iggarantiti konformi mal-UCITS kif definiti f’Taqsima 6.2.3 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7. |
2. |
Kull ħruġ ta’ bonds iggarantiti għandu jkollu daqs ta’ ħruġ minimu ta’ EUR 300 miljun. |
3. |
Il-ħruġ ta’ bonds iggarantiti għandu jkollu klassifikazzjoni minima ta’ “BBB-” jew ekwivalenti, mogħtija minn tal-anqas waħda mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni ewlenin. |
4. |
Il-bonds iggarantiti għandhom jinħarġu skont il-leġiżlazzjoni li tirregola l-bonds iggarantiti li tkun fis-seħħ fi Stat Membru taż-żona euro. F’każ ta’ bonds iggarantiti strutturati, il-liġi li tirregola d-dokumentazzjoni tal-bonds iggarantiti għandha tkun il-liġi ta’ Stat Membru taż-żona euro. |
5. |
Il-ħruġ ta’ bonds iggarantiti għandu jkollu maturità li għad fadlilha massimu ta’ 10,5 snin fil-ħin tax-xiri tat-titolu. |
Artikolu 3
Kontropartijiet eliġibbli
Dawn li ġejjin għandhom ikunu kontrpartijiet eliġibbli għat-tieni programm: (a) kontropartijiet domestiċi li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema kif definita f’Taqsima 2.1 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7; u (b) kull kontroparti oħra li tintuża minn bank ċentrali tal-Eurosistema għall-investiment tal-portafolli ta’ investiment tagħhom iddenominati f’euro.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet finali
(1) Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.
(2) Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2012.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta’ Novembru 2011.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(2) ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.
(3) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).