Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0357

    Kawża T-357/09: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Settembru 2009 — Pucci International vs UASI — El Corte Inglés (Emidio Tucci)

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 78–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/78


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2009 — Pucci International vs UASI — El Corte Inglés (Emidio Tucci)

    (Kawża T-357/09)

    2009/C 267/140

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Emilio Pucci International BV (Baarn, l-Olanda) (rappreżentanti: M. Boletto, E. Gavuzzi, G. Lazzeretti u P. Roncaglia, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Ġunju 2009 fil-Każijiet magħquda R 770/2008-2 u R 826/2008-2, sa fejn din taċċetta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 679 594“Emidio Tucci” għall-prodotti u servizzi kollha li hija tkopri fil-klassijiet 1, 2, 4-17, 19, 20, 21, 22, 23, 26-45.

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż li għamlet ir-rikorrenti matul dawn il-proċeduri; u

    tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż li għamlet ir-rikorrenti matul il-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell tal-UASI.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Emidio Tucci”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1-45.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva “Emilio Pucci” irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 18 u 24; reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Taljana “EMILIO PUCCI” irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 18, 21, 24, 25 u 33, reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Taljana “EMILIO PUCCI” irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 9, 12, 18, 20, 26, 27 u 34; reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Taljana “Emilio Pucci” irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 14, 18, 24 u 25.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ parzjalment fil-Każijiet R 826/2008-2 u R 770/2008-2; u appell miċħud għall-kumplament.

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonkluda li dawn id-dispożizzjonijiet ġuridiċi ma setgħux japplikaw għall-prodotti u s-servizzi koperti mit-trade mark Komunitarja kkonċernata fil-klassijiet 1, 2, 4-17, 19, 20, 21 (in parti), 22,23 u 26-45.


    Top