Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Politika tal-EPSO għar-Riżoluzzjoni tal-Ilmenti

Politika tal-EPSO għar-Riżoluzzjoni tal-Ilmenti tal-Kandidati għal Avvenimenti tal-Ittestjar 

L-EPSO hu impenjat li jiżgura proċedura ta’ eżami ġusta u trasparenti għall-kandidati kollha. Madankollu, nirrikonoxxu li xi kultant jistgħu jinqalgħu kwistjonijiet tekniċi matul l-eżamijiet online.
Biex nindirizzaw dan, stabbilixxejna din il-Politika għar-Riżoluzzjoni tal-Ilmenti tal-Kandidati għal Avvenimenti tal-Ittestjar biex niggarantixxu riżoluzzjoni rapida u ġusta ta’ kwistjonijiet bħal dawn. L-għan tagħna hu li nipprovdu lill-kandidati kollha bi proċess ta’ eżami rispettuż u ekwu.

Tista’ wkoll tiddawnlowdja din il-politika f’verżjonijiet WORD u PDF. Bħalissa disponibbli biss bl-EN.