Mur għall-kontenut ewlieni

Helena Dalli

KUMMISSARJU (2019-2024)  

  • Helena Dalli
    Ugwaljanza

    Email: cab-dalli-contactatec [dot] europa [dot] eu (cab-dalli-contact[at]ec[dot]europa[dot]eu)

    Indirizz: Rue de la Loi / Wetstraat 200, 1049 Brussels, Belgium

    Kuntatt tal-istampa

Responsabbiltajiet

  • Tisħiħ tal-impenn tal-Ewropa għall-inklużjoni u l-ugwaljanza f’kull sens, irrispettivament mis-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.
  • Tmexxija tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE kontra d-diskriminazzjoni.
  • Tmexxija fl-implimentazzjoni tal-UE tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà.
  • Żvilupp ta’ Strateġija Ewropea dwar il-Ġeneru biex jiġu indirizzati l-ostakli għan-nisa, inkluż l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-promozzjoni tal-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol b’miżuri vinkolanti ta’ trasparenza fil-pagi.
  • Żgurar li d-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata tiġi implimentata bis-sħiħ.
  • Progress fid-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet mal-Istati Membri u avvanz fl-għoti tas-setgħa lin-nisa u l-bniet.
  • Tisħiħ tar-rispons tal-UE għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru.
  • Possibbiltà li l-“vjolenza kontra n-nisa” tiżdied mal-lista ta’ reati tal-UE, filwaqt li jingħata appoġġ lill-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul.

Ittra ta’ missjoni

  • 1 DIĊEMBRU 2019
L-Ittra ta’ Missjoni tal-President von der Leyen lil Helena Dalli

 

Smigħ quddiem il-Parlament Ewropew

  • 1 DIĊEMBRU 2019
Helena Dalli's answers to the European Parliament questionnaire

Tim

It-tim ta’ Helena Dalli jappoġġjaha fix-xogħol ta’ kuljum tagħha.

It-tim tiegħi

Gallerija tal-media

Kalendarju

Ms. Helena Dalli delivers a keynote speech at the conference “Game Changer: Sport’s role in fighting discrimination"
  • Rome, Italy
  • Helena Dalli
Ms. Helena Dalli delivers a keynote speech at the MedFilm Festival
  • Rome, Italy
  • Helena Dalli

Trasparenza

Bħala parti mill-impenn tal-Kummissjoni għat-trasparenza, il-Kummissarji u l-membri tal-kabinett tagħhom jippubblikaw l-informazzjoni dwar il-laqgħat miżmuma mal-organizzazzjonijiet jew mal-individwi li jaħdmu għal rashom.

Kull Kummissarju jippubblika Dikjarazzjoni ta’ Interessi, f’konformità mal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Kummissjoni għall-Membri tal-Kummisjoni.

Fil-qiegħ ta’ din il-paġna hi pubblikata verżjoni awtentika u ffirmata.

Hi ppubblikata wkoll verżjoni li tinqara mill-magni tad-Dikjarazzjonijiet kollha. Dan hu skont ir-rekwiżiti tal-Kodiċi ta' Kondotta.

Id-Dikjarazzjonjiet ta’ Interessi jsegwu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-Anness I tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Kummissarji l-ġdid.

Bijografija

  1. 2019 - illum
    Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza
  2. 1996-2019
    Membru tal-Parlament ta’ Malta
  3. 2017-2019
    Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza
  4. 2013-2017
    Ministru għad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili
  5. 1998-2013
    Shadow Minister tal-oppożizzjoni għall-amministrazzjoni pubblika, l-ugwaljanza, ix-xandir pubbliku u l-investimenti nazzjonali
  6. 1996-1998
    Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru
  • 1 DIĊEMBRU 2019
Is-CV ta' Helena Dalli

 

Dikjarazzjoni tal-interessi

  • 31 JANNAR 2024
Declaration of interests - Helena Dalli